Posted by: Rudolph Cini | 3 October 2008

Dwar il-kandidatura tiegħek għall-Parlament Ewropew

Riċentament irċevejt email mingħand wieħed li jidher li jsegwi b’mod regolari l-paġna li għandi fuq Facebook. Dan it-tali xtaq ikun jaf kif naħsibha joen dwar il-=kwistjonijiet tal-lingwa Maltija, id-divorzju, u l-imigrazzjoni illegali.

Għażiż Rudolph Cini,

Ġejt mistieden minn persuna fuq facebook biex nissieħeb fi grupp li jappoġġjak. Qabel ma nagħmel dan xtaqt nagħmel xi domandi.

Xtaqt insaqsik, qabel nagħtik pubblikament l-appoġġ fuq facebook, x’inhu l-ħsieb politiku tiegħek u x’int tipproponi speċjalment fejn tidħol Malta u l-Unjoni Ewropea?

Ridt ukoll nagħmillek tlitt domandi partikolari li attwalment huma għal qalbi.

  1. X’inhi l-pożizzjoni tiegħek dwar id-divorzju f’Malta?
  2. Kif qal tajjeb il-Kap tal-partit, waħda minn tlitt sfidi maġġuri ta’ Malta għall-futur immedjat kif rikonoxxuti minnu, hija l-migrazzjoni illegali. X’inhi l-pożizzjoni tiegħek dwar dan il-fenomenu?
  3. Temmen li l-lingwa Maltija għandha tkun promossa f’kull qasam tal-ħajja soċjali Maltija?

Nawguralek għall-elezzjonijiet Ewropej,
Ederico.

Peress li rrisposta ghal din l-email tista’ tkun ta’ interess ġenerali, qiegħed nirriproduċiha hawn:

Għażiż Ederico

Nibda billi nirringrazzjak ta’ l-interess li qed tieħu u tibgħat din l-email sabiex tkun taf aktar dwar l-opinjonijiet tiegħi. Prosit tassew ghax dan ifisser li int bniedem li ma tintelaqx mal-kurrent iżda tħares l-prinċipji tiegħek. Kif forsi taf jien ġej mill-qasam trejdjunjonistiku Malti. Dan għax minnbarra żmien bħala delegat mal-UHM jien kont għal dawn l-aħħar 12-il sena il-president tal-MUMN. Din l-esperjenza ser inġorra miegħi u ser nara nagħmel dak kollu possibli u permess mill-istrutturi fi ħdan il-Parlament Ewropew biex nissalvagwardja l-interessi tal-ħaddiema tagħna u inħares il-livell u l-kwalita’ ta’ ħajja li ngħixu. Fost l-aktar tliet aspetti li jien ser nenfasizza fuqhom insibu proprju l-immigrazzjoni illegali, l-ambjent u l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.

Fir-rigward ta l-immigrazzjoni illegali, filwaqt li nirrikonoxxi l-isforzi li qed isiru, irridu nammettu li mhux qed iħallu l-frott mixtieq u għalhekk jien ser nuża l-pożizzjoni tiegħi biex flimkien ma’ sħabi MEP’s eletti nsibu mezz kif mhux biss insibu l-għajnuna mil-pajjiżi l-oħra fl-EU iżda inrażżnu l-possibilta’ li dawn in-nies ikomplu jagħmlu dan il-vjaġġ tant perikoluż. Wieħed iħares lejn dak li irnexxielha tagħmel Spanja u għalhekk jara li għalkemm diffiċli, soluzzjoni hija possibli.

Rigward d-divorzju, jien personalment mhux wieħed li ser nimmilita favur tiegħi għax nemmen fil-prinċipji Kristjani u nemmen fiż-żwieġ bħala sagrament. Iżda nifhem ukoll li min jinsab f’sitwazzjoni fejn iż-żwieġ ma jkunx irnexxa u forsi jittama f’possibilta’ oħra, d-divorzju huwa xaqq ta’ dawl. Jien għalhekk ma nagħlaqx il-bibien u nifhem li pajjiżna għandu bżonn soċjali li jħares dan il-fattur. Għalhekk nemmen li għandu jsir dibattitu nazzjonali u inħallu l-ispazju biex kulħadd jikkontribwixxi bl-argumenti tiegħi biex b’mod demokratiku naslu għal ftehim.

Dwar l-aħħar domanda tiegħek, iva, l-Malti ghandu jinagħta l-għarfien u nibqgħu kburin bil-lingwa tagħna u nagħmlu użu minnha bla riżerva.

Nittama li ssodisfajtek fir-risposta tiegħi. Jekk tkun trid issaqsi jew tiċċara xi punt tiddejjaq xejn u erġa’ ibagħat.

Insellimlek

Rudolph


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: