Posted by: Rudolph Cini | 24 December 2008

Email mingħand il-Prof. Oliver Friggieri

It-Tlieta 23 ta’ Diċembru 2008

Għażiż Sur Cini,

Qrajt l-artiklu sabiħ, eżemplari tiegħek f’In-Nazzjon tal-bieraħ dwar l-annimali u d-dritt naturali tagħhom li bħalna jkunu maħbubin u mħarsa. Prosit ħafna u ħafna, u nitlob lil Alla li jissokta jnebbħek u tgħin lill-ħlejjaq imweġġgħin tiegħu fil-livell politiku. Għandek tkun hieni u kburi għal kull ferita fil-qalb u fil-ġisem ta’ annimal li inti, bis-saħħa tal-politika, jirnexxilek tevita. Jien ċert li l-miżura proposta mill-Gvern issib l-appprezzament ta’ ħafna u ħafna Maltin, u l-aktar tat-tfal u taż-żgħażagħ, li fosthom hemm sens qawwi u deċiż ta’ mħabba u ġustizzja. L-edukazzjoni tal-qalb u tal-moħħ – reliġjuża u politika – hi l-aqwa mezz biex tkompli titqawwa din il-kultura ta’ karita’ Nisranija. Hemm tinsab fost l-oħrajn il-qalb ħanina tat-tfal u taż-żgħażagħ tagħna.

Nawguralek li tissokta taħdem biex il-kuxjenza ta’ mhabba prattika favur l-annimali tikber fost il-politiċi u fi hdan il-Knisja.

Il-Milied it-tajjeb.
Oliver Friggieri


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: