Posted by: Rudolph Cini | 7 March 2009

Is-sehem tal-mara fid-dinja tax-xoghol

Rudolph Cini dwar sehem il-mara fid-dinja tax-xoghol

Rudolph Cini waqt laqgha ma’ l-Assoccjazzjoni Maltija Nisa fin-Negozju

Rudolph Cini waqt laqgha ma’ l-Assoccjazzjoni Maltija Nisa fin-Negozju


Rudolph Cini sostna li r-rwol tal-mara fid-dinja tax-xoghol ghandu jinghata aktar importanza biex b’hekk niffacilitaw il-hajja biex aktar nisa ikunu jistghu jibqghu jahdmu. Dan qalu waqt laqgha li kellu mal-ghaqda li tirraprezenta n-nisa fil qasam tan-negozju. Is-Sur Cini isostni li l-gurnata iddedikata ghall-mara ma ghandiex tkun biss simbolika u wara li taddi jerga jigi kollox bhal qabel. Il-fatt li pajjizna ghandu l-inqas rata ta’ nisa li jahdmu bi qliegh huwa indikatur li hemm bzonn nindirizzaw din is-sitwazzjoni. Dan irridu naghmluh minghajr ma ninsew ir-rwol tassew importanti tal-mara fil-familja. Irridu nirrikonoxxu li sehem il-mara fit-trobbija tat-tfal li huwa wiehed naturali l-aktar matul l-ewwel sena. Ghalhekk huwa ta’ min jibda jikkonsidra biex jinfirxu aktar mizuri li jghinu lill-mara tippartecipa fid-dinja tax-xoghol. Ezempju wiehed hu dak li jerga jigi negozjat in-numru ta’ gimghat li ghandu jinghata bhala maternity leave fejn pajjizna jinsab taht il-medja tal-pajjizi ewropej. Waqt din il-laqgha is-Sur Cini sostna li l-Gvern huwa impenjat bil-fatti f’dan il-qasam tant li dan l-ahhar ftehim kollettiv tas-settur pubbliku kompla fuq ta’ qablu biex isahhah ir-rwol tal-mara bili gew introdotti incentivi li mhux biss iharsu lill-mara izda ukoll lill-famija. Rudolph Cini jawgura li nkomplu fuq it-triq li qbadna u li permezz tas-sehem ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja inkunu nistghu insahhu aktar l-istrutturi li jirregolaw ix-xoghol biex in-nisa ma jsofrux diskriminazzjoni fuq il-post tax-xoghol minhabba raguni ta’ sess. Assigura li ser ikompli jahdem biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-haddiema b’mod partikolari tal-mara.


Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Categories

%d bloggers like this: