Ċittadin b’sahhtu fl-Ewropa

Ċittadin b’sahhtu fl-Ewropa

Fis-7 ta’ Frar 2009, jiena niedejt ufficcjalment il-Kampanja Elettorali tieghi ghall-Elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew li ser isiru madwar is-27 pajjizi fl-Unjoni Ewropeja nhar is-Sibt 6 ta’ Gunju 2009. It-tema maghzula matul din il-kampanja tieghi hija ‘Cittadin b’sahhtu fl-Ewropa’, dan ghaliex nemmen bis-shih li kull wiehed u wahda minna ghandu jkollu l-fakulta’ li jsemma’ lehnu u l-opportunita’ li jesprimi l-opinjoni tieghu f’kull decizzjoni li tittiehed li ser taffettwa l-ghajxien taghna.

Irridu nahdmu biex il-Parlament Ewropew ikun aktar vicin in-nies u l-mentalita’ li ahna hawn u huma f’Brussel trid tinqata’ darba ghal dejjem. Il-poplu jrid jifhem u japprezza li d-distanza geografika ma tfissirx li d-decizzjonijiet li jittiehdu fil-Parlament mhux ser jolqtuna direttament, tant li kwazi 80% tal-ligijiet li qed jghaddu f’pajjizna huma frott ta’ decizzjonijiet li jittiehdu fil-Parlament Ewropew. Dan ikompli juri l-importanza li l-Elettorat Malti jaghmel ghazliet bil-ghaqal dwar min ser jirrapprezentah.

Jiena nemmen li l-fiducja hija element importanti u ghalhekk irridu nelleggu kandidati li jgawdu l-fidcuja taghna. Irridu naghmlu distinzjoni bejn min idawwar il-principji tieghu skond kif jaqbel il-mument u bejn min minn dejjem kien konsistenti u b’direzzjoni cara. Dan ghandu jsir b’bilanc bejn dawk li huma d-dmirijiet taghna bhala Maltin u Ewropej u kif ukoll inharsu d-drittijiet taghna. Zgur mhux ser noqghod lura li niehu kull pass possibbli jekk nara li l-poplu Malti jkun qed jigi zvantaggjat minn xi decizzjoni politika rrispettivament minn liema partit politiku gejja nkluz dak li naghmel parti minnu jien, ghax nemmen li l-ewwel obbligu tieghi hu lejn il-gid ta’ pajjizi. Dan irid isir b’responsabbilita’ u mhux b’mod kappriccuz, sempliciment biex inkunu sensazzjonali. Responsabbilita’ ghal kull decizzjoni li niehdu li trid tkun wahda bbazata fuq l-ahjar interess tac-cittadin.

Dan jista’ jsir biss jekk il-politiku jibqa’ bil-kuntatt man-nies u jibqa’ accessibbli. Jekk ic-cittadin ihossu qed jaghmel parti minn dak li qed jigri madwaru jkun jista’ jifhem u japprezza aktar is-sitwazzjonijiet, b’hekk ikun aktar ko-operattiv u b’sahhtu. Jiena nara hames prijoritajiet li ghandhom jinghataw l-importanza misthoqqa fil-hames snin li gejjien fil-Parlament Ewropew. Dawn huma: l-immigrazzjoni rregolari, s-sahha, l-ambjent, il-kundizzjonijiet tal-haddiema u n-nisa fid-dinja tax-xoghol.

Bla dubju ta’ xejn kulhadd huwa konxju tal-problema li ghandna f’pajjizna bi dhul kostanti ta’ immigranti rregolari li qed jigu f’pajjizna matul is-sena kollha. F’dawn l-ahhar tnax-il xahar dahlu fi xtutna numru rekord li sahansittra wasalna f’pozizzjoni fejn ma baghalniex spazzju fejn nistghu nilqghu lil dawn in-nies. Pajjizna diga huwa wiehed mill-iktar densament popolat u jekk nibqghu nkomplu nesperjenzaw b’din ir-rata dan l-influx ta’ immigranti rregolari ser naffaccjaw problemi ekonomici u sanitarji. Madanakollu rridu nifhmu u nirrisspettaw l-aspett umanitarju ta’ din is-sitwazzjoni, ghax bla dubju ta’ xejn dawn in-nies ma jasslux li jirrisskjaw hajjithom u jaghmlu dan il-vjagg perikoluz jekk mhux ghax jinsabu f’qaghda ddisprata f’pajjizhom. L-Unjoni Ewropeja trid taghti ghajnuna b’mod tangibbli lil Malta. Irridu nizviluppaw il-patt dwar l-immigrazzjoni rregolari miftiehem ricentament u nsibu soluzzjoni kif il-pajjizi fl-Unjoni jtaffuna minn din is-sitwazzjoni. Dan irid ikun komplimentat m’azzjonijiet effettivi li jzommu lil dawn in-nies milli jibdew dan il-vjagg riskjuz.

Is-sahha hija mportanti u irridu nahdmu biex intejbu l-kwalita’ ta’ kura li noffru. Filwaqt li ghandna sptar li nistghu niftahhru bih, dan mhux komplimentat b’kura ta’ livell accettat f’dawn iz-zminijiet, tant li ninsabu fil-qiegh tal-lista meta komperati mall-bqija tal-pajjizi fl-Unjoni Ewropeja fejn tidhol stennijia ta’ servizzi u kura preventiva. Nirrikonoxxu li f’pajjizna ghadna nuqqas ta’ rizorsi umani f’dan il-qasam u dan il-fattur irridu nkomplu niddirrizawh. Irridu wkoll naraw kif jigu msahha d-drittijiet tal-pazjenti. Permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropeja, rridu ninvestu biex nibdew programmi ta’ screening bir-rizultat li nnaqqsu sostanzjlament l-incidenza ta’ mewt kawzata mill-kancer.

L-ambjent ukoll huwa settur li ghandna bzonn natuh aktar importanza. Irridu nkunu determinati li ma nhallux aktar zvilupp isir barra miz-zoni ta zvilupp. Irridu niehdu mizuri biex innaqqsu t-tniggiz ta’ l-arja u nilhqu l-miri li l-Unjoni Ewropeja ghamlet sa l-2020. Ghandna naraw kif insibu sistemi li jtejbu t-trasport pubbliku u nnaqsu l-kongestjonijiet tal-karozzi mit-toroq, ghaliex sfurtunatament Malta hija l-aktar pajjiz fejn hemm vetturi privati mqabbla ras ghar-ras, tant li llum insibu statistika ta’ 3 vetturi ghal kull 4 minn nies. Kull progett li jsehh irid jghaddi minn gharbiel ta’ assessjar ta’ l-impatt li jista’ jhalli biex b’hekk ma tibqax l-iskuza ta’ l-hekk imsejjah zvilupp ghad-detriment ta’ l-ambjent ta’ madwarna.

Il-qasam tax-xoghol ukoll irid jinghata l-importanza misthoqqa aktar u aktar f-ekonomija turbulanti li qed nghixu fiha llum fejn il-haddiem qieghed jghix kontinwament f’tenzjoni jistenna li jista’ jitlef l-impjieg. Qed naraw pajjizi girien taghna li qed jesperjenzaw livelli rekord ta’ qaghad, sensji b’mod regolari u opportunitajiet ta’ xoghol limitati. Pajjizna, filwaqt li huwa wiehed minn dawk il-ftit li qed jilqa’ tajjeb dawn l-isfidi, ma jistax ma jintlaqatx indirettament mill-krizi ekonomika u finanzjarja ta’ madwarna. Ghalhekk irridu naraw li l-valuri Socjo-Ekonomici li nhaddnu ma nitilfuhomx u nahdmu flimkien biex naffrontaw dan il-mument difficli. Il-fatt li ghandna munita b’sahhitha huwa fattur posittiv u qed ihalli l-frott mixtieq. Kieku llum ghadna nuzaw il-Lira Maltija bhala valuta taghna, kieku qed nghaddu mill-istess krizijiet finanzjarji li ghaddejjin minnhom pajjizi kbar bhar-Renju Unit. Irridu nkomplu ninvestu u noholqu opportunitajiet ta’ xoghol billi nkunu kapaci niddiversifikaw u nilqghu ghall-isfidi.

Marbuta mad-dinja tax-xoghol, jien inqies prijorita’ wkoll ir-rwol tal-mara f’dan il-qasam. Pajjizna jinsab fil-qiegh tal-lista meta mqabbla ma’ pajjizi ohra fl-Unjoni Ewropeja fejn tidhol partecipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xoghol. Ta min jinnota l-fatt li madwar 63% tan-nisa f’pajjizna mhux qed jahdmu bi qliegh. Hemm bzonn nirrikorru ghall-mizuri mill-Unjoni Ewropeja biex niffaccilitaw il-hajja tal-mara biex tkun tista’ tidhol fid-dinja tax-xoghol. B’hekk mhux biss inkunu qed nirrikonoxxu l-potenzjal u r-rwol importanti tal-mara izda nkunu qed niggeneraw aktar l-ekonomija.

Il-miri f’dawn il-hames snin li gejjien iridu jkunu mmirati biex filwaqt li l-poplu Ewropew ikollu hajja bbazati fuq stabbilita’ finanzjarja u ekonomika, jkun jista’ jghix kwalita’ ta’ hajja dinjituza u bl-inqas inkonvenjent u tensjoni. Ic-cittadin irid ikun ihossu jaghmel parti minn dan il-blokk politiku u ghandu jkun fic-centru ta’ dak kollu li jsehh u jkun fil-qalba ta’ l-eziztenza ta’ l-Unjoni Ewropeja. B’hekk biss ikollna cittadin b’sahhtu fl-Ewropa.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: