Decizjonijiet

Decizjonijiet

Qatt ma waqaft tahseb kemm il-darba matul hajtek gejt f’sitwazzjoni fejn kellek tiehu decizzjoni? Jekk wiehed joqghod jahseb ftit u jhares lura jintebah li matul il-mixja tal-hajja kontinwament jigu cirkustanzi quddiemna li bilfors ikollok tiehu decizjoni. Bla dubju ta’ xejn l-ewwel decizzjoni li qed tigi f’mohhi li hafna minna kellna niehdu hi meta ghalaqna l-ewwel sena mit-twelid. Zgur li hadd ma jiftakar x’kienet l-ghazla, izda bi tradizzjoni malli ticcelebra l-ewwel birthday bil-familjari mdawrin mieghek ikollok taghzel oggett minn ghazla li jqeghdulek quddiemek u dak l-oggett li taghzel jitfisser f’karriera li int ser tiehu meta tikber. Tradizzjoni tal-quccija li ggarret minn generazzjoni ghall-ohra u sallum ghadha popolari. Mela kif kont qed nghid decizzjoni wahda wara l-ohra u iktar ma tikber iktar tigi ffaccjat b’sitwazzjonijiet li d-decizzjoni li tiehu jkollha effett fit-tul kemm fuqek kif ukoll fuq dawk ta’ madwarek. Huwa hafna difficli li wiehed jistabbilixxi liema hi l-eta’ idejali li wiehed ikun kapaci jiehu decizzjoni ghaliex l-karattru u l-livell ta’ maturita’ jvarja skond l-individwu. F’pajjizna mill-aspett legali meta taghlaq tmintax-il sena int tista’ tibda  taghmel l-ghazliet tieghek u ggorr ir-responsabbilta’ taghhom. L-ironija hi li ftit sieghat qabel ma kronologikament taghlaq it-tmintax, inti mhux meqjus bhala kapaci li taghmel dan. Allura dan ifisser li fi ftit hin f’daqqa sirt persuna matura? Insibu zghazagh ta’ tmintax-il sena jew anqas li verament jafu x’iridu u ohrajn ta’ tletin sena li ghadhom l-anqas ma ghandhom ideja ta’ fejn sejrin, izda d-decizzjoni ta’ dawn ta’ l-ahhar hija iktar meqjusa u kkunsidrata f’ghajnejn il-ligi. Ghalhekk meta wiehed jibda jikkonsidra li l-eta’ legali fejn wiehed jinghata d-dritt li jista’ jiehu decizzjonijiet bhal ma hu d-dritt tal-vot, inizzila ghal sittax-il sena mhux facli li tghid li ma taghmilx sens jew li taghmel. L-eta’ hija biss kejl kronologiku li bl-ebda mod ma tista’ tigi meqjusa bhala konferma li wiehed lahaq livell ta’ maturita’ soda. Irridu nammettu li f’dinja avvanzata li qed nghixu llum wasslet li t-tfal taghna qed jesperjenzaw avventuri tal-hajja hafna qabel minn dawk ta’ erbghin sena ilu. Ghalhekk permezz ta’ dawn l-esperjenzi iz-zghazagh taghna qed jimmaturaw aktar. L-aktar decizzjonijiet difficli li zghazagh ta’ sittax-il sena ghandhom quddiemhom hi bla dubju ta’ xejn dwar il-futur taghhom ghax dan huwa iz-zmien fejn iridu jaghzlu t-triq li ser jaqbdu. Liema triq x’aktarx ser tkun dik li ser jimxu hajjithom kollha. Huwa wkoll zmien fejn il-personalita’ ta’ l-idividwu tkun ghaddejja minn taqliba shiha bejn iz-zmien li tkun ghadek tfajjel u kollox ikun lest quddiemek u z-zmien fejn trid tigi trattat bhala adult u li trid taqdef ghal rasek. Zmien avventuruz u xi ftit jew xejn instabbli. Ghalhekk wiehed irid iqies tajjeb qabel dawn iz-zghazagh taghna nabbuhom b’iktar responsabbiltajiet. Decizzjoni fejn taghzel min ser jirrapprezentak zgur li xi darba jew ohra tkun hadt hafna qabel is-sittax-il sena fl-elezzjoni ta’ xi kunsill ta’ l-istudenti fl-iskola li tkun qed tiffrekwenta. Ghalhekk ghandu jibda process ta’ diskussjoni b’mod partikulari maz-zghazagh infushom sabiex naraw kif jahsbuha kieku jinghataw l-possibilta’ li jiehdu decizzjoni fl-ghazla ta’ min ser jirrapprezentahom fuq livell politiku. Ga la darba dan il-hsieb rega’ tqajjem ejja ma nhalluhx jghaddi mar-rih u nibdew nesploraw x’inhi l-ahhar decizzjoni li rridu niehdu. Fuq kollox iz-zghazagh huma dawk li fil-futur qarib ser ikollhom it-tmun ta pajjizna f’idejhom.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: