Dinja fi Krizi

Dinja fi Krizi

Huma mumenti difficli u straordinarji dawn li qed niffaccjaw bhalissa fir-rigward tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fid-dinja. Sa ftit xhur ilu konna nitkellmu dwar zvilupp u kummerc bla ma hadd kien qed jaghmel kalkolu tas-sostenabilita tas-sitwazzjoni. Dan wassal biex esperjenzajna kollas ekonomiku u finanzjarju li mhux facli li jista’ jigi pparagunat ghax sahansitra nistghu nazzardaw nghidu li hu ghar mid-deprissjoni tas-snin 30.

Falliment ta’ whud mill-aqwa stituzzjonijiet bankarji u kumpaniji kbar jalqghu habta u sabta qed isir xi haga regolari. Kuljum nisimghu b’kumpanija li ser taghlaq jew ser tnaqqas sostanzjalment in-numru ta’ haddiema li timpjega. Dan ifisser li kuljum madwar id-dinja haddiema qed jigu imcahhda opportunita’ li jaqalghu l-ghajxien taghhom. Ma hemm l-ebda naha fil-globu li qed jithalla barra, l-Amerika sahasitra qed tipprogetta li jkollha madwar nofs miljun haddiem li jitlef xogholu kull xhar matul din is-sena.

Huwa progettat minn Nazzjonijiet Uniti li madwar 50 miljun ruh ser jispiccaw qeghda f’dawn it-tnax -il xahar li gejjin. Naraw li pajjizi li kienu qabdu r-rittmu ghal tkabbir ekonomiku bhac-Cina u l-Indja, issa wkoll intlaqtu minn din is-sitwazzjoni fejn sa ftit ilu kienu l-ghira fejn tirrigwardja opportunitajiet tax-xoghol, issa qed jalqghu l-bibien hemm ukoll. Jidher car li l-ekonomija fl-Stati Uniti , l-Unjoni Ewropeja, c-Cina u l-Indja qabdet it-triq l-isfel. Qed naraw ic-cifri tal-qaghad f’pajjizi stabbiliti bhal Spanja jesperjenzaw cifri rekord. Pjani ta’ salvatagg mill-Gvernijiet jistghu ma jhallux ir-rizulatati mixtieqa b’konsegwenza li hafna familji jispiccaw jitilfu d-dinjita’ socjali u sahansitra jaqaw fil-livell ta’ faqar.

Dan zgur li ma kienx dak li qed nistennew fis-seklu 21. Konna behsiebna li dawn huma zminijiet l-imghoddi u li quddiemna kellna gejjieni mimli prosperita’, izda dak li konna qed naraw kien biss buzzieqa tintefah u issa nfaqghet.

Pajjizna mhux eccezzjoni, minkejja li l-banek taghna huma b’sahhithom u ghalhekk ma kellniex kollas finanzjarju, dan ma jfissirx li l-ekonomija taghna mhux ser thoss it-turbulanzi ta’ madwarna u ghalhekk ahna wkoll irridu inxammru l-kmiem u naffrontaw il-gejjieni mcajpar.

Qed nisimghu ahna wkoll kif fabbriki qed jikkontemplaw li jnaqqsu l-haddiema w ohrajn li jalqghu. Wahda mill-iktar sitwazzjoni nkwetanti bla dubju ta’ xejn hi d-decizzjoni mehuda mill-management tal-ST Microeletronics li jnaqqsu mitejn haddiem filwaqt li ma jdahhlu l-hadd flok l-ewwel 200 li ser jirtiraw.

Ma tistax ma tissimpattizzax ma’ dawn il-haddiema u ma’ ohrajn bhahlom li ghaddejjien mill-istess trawma. Dan hu mumnet difficli hafna ghalihom u l-ebda kliem mhu ser ikun ta’ farag u konsolazzjoni. Ghalkemm qed jittiehdu mizuri bhal sospensjoni tal-hlas tas-self fuq id-djar u assistenzi ohra offruti mill-ETC dawn mhux bizzejjed biex itaffu t-tbatija u l-impatt psikologiku li telf ta’ mpjieg igib mieghu.

Ma ghandix dubju li l-Gvern qed jaghmel l-almu kollu biex jinstab impjieg alternattiv, izda wiehed irid jifhem is-sitwazzjoni prezenti. Kuragg u fiducja fil-gejjieni huma z-zewg ingredjenti biex nistghu nghelbu din l-isfida.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: