L-elezzjonijiet tas-6 ta’ Gunju

L-elezzjonijiet tas-6 ta’ Gunju

Nahseb li hafna minnha issa huma konxji li fis-6 ta’ Gunju li gej il-poplu Malti ser jerga jigi msejjah jghamel l-aghzla tieghu, din id-darba dwar min ser ikun qieghed jirraprezentah fil-Parlament Ewropew u f’certu lokalitajiet neleggu il-Kunsill.

Proprju ghalhekk nhar is-sibt li ghadda jiena nehdejt il-kampanja elettorali tieghi b’mod ufficjali biex f’dawn l-erba xhur li gejjin ikolli l-opportunita’ li niltaqa’ maghkom biex flimkien infasslu l-ahjar strategija li twassalna ghal aktar rizultati pozittivi mis-shubija taghna fl-Unjoni. Irridu flimkien insibu l-ahjar toroq biex naraw li pajjizna u ahna bhala poplu nkomplu niehdu l-frott misthoqq tad-decizjoni tajba li ghamilna fis-sena 2004 meta sirna parti minn blokk flimkien mas-26 pajjiz iehor li llum jaghmlu parti mill-Ewropa maghquda. Dan seta jsehh biss ghax il-Partit Nazzjonalista kien dejjem konsistenti fil-politika tieghu u dejjem emmen fis-shubija. Kien propju il-Partit Nazzjonalista li kontra kull kurrent li kien gej mill-Oppozizzjoni, hadem biss shieh biex iwassal il-messagg lill-poplu li l-ahjar triq ghal-pajjizna hi li ma nibqghux izolati.

Ghandna biex inkunu kburin li l-poplu taghna huwa wiehed li jizen sew u jaf jaghmel il-kalkoli tieghu u ma jhalli lill-hadd ibelaghlu r-ross minn ghajn il-labra. Fl-2004 il-poplu iddecieda u d-decizzjoni giet imwettqa. Decizzjoni li llum qed nifhmu kemm issarraf ghax qed naraw li fis-sitwazzjoni ekonomika globali tal-llum, pajjizi li hadu id-decizzjoni li ma jissibhux fl-Unjoni issa qed jiddispjacihom bi kbir tant li qed jesperjenzaw kollas finanzjarju straordinarju. Hekk kien jigri lilna kieku smajna mill-Partit Laburista li dak iz-zmien kien kontra s-shubija. Qed nghid dak iz-zmien ghax kontra tal-Partit Nazzjonalista, l-Partit Laburista mhux konsistenti fil-politika internazzjonali tieghu ghax issa sar favur din id-decizzjoni li ha il-poplu. Mhux talli hekk izda issa il-Partit Laburista qieghed sahansitra jipprogetta f’ismu bhala kandidati ghall-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew persuni li huma renomati ghall-krucjati li ghamlu sabiex jikkonvincu lin-nies li l-Unjoni Ewropeja ma toghddx ghalina. Issa mhux talli qed jghidu bil-kontra izda lesti li jirraprezentaw lil Malta proprju fil-fora li kienu kontra taghha. Turija cara li ma hemmx politika b’direzzjoni izda bbazata fuq dak li jaqbel u mhux fuq principji li nemmu fihom.

Ghalhekk huwa importanti hafna li l-poplu jifhem li l-elezzjoni ta’ Gunju li gej hija wahda importanti u kulhadd ghandu jaqdi dmiru u imur jivvota. B’hekk hadd ma jaghzel ghalina ghax fl-ahhar mill-ahhar dak li jigri jekk noqodu lura, jigu eletti nies li jibdlu l-opinjoni skond il-moda.

Issa li nafu tajjeb xi tfisser l-Unjoni Ewropeja nistghu napprezzaw li aktar min 80% tal-ligijiet f’pajjizna joriginaw minn direttivi li jigu decizi mill-Parlament Ewropew ghalhekk din l-elezzjoni tolqot direttament daqs l-elezzjoni generali .

L-ahhar elezzjoni l-Partit Nazzjonalista elegga zewg deputati biss, liema deputati nafu li hadmu bla waqfien ghal interess ta’ pajjizna kultant sahansitra imorru kontra d-direzzjonijet tal-Gvern Nazzjonalista. Wirja cara li l-kandidati Nazzjonalisti ma jawgux il-principji.
Jien hekk ukoll ser naghmel u l-interess ewlieni tieghi huwa li nsahhah ir-rwol tac-cittadin. Dan billi bhala deputat ser nara li nkun kontiwament vicin in-nies biex nisma u nindirizza sa fejn nista t-talbiet taghhom. Ghal dan il ghan is-slogan li jien ser imexxi din il-kampanja hu ‘Cittadin b’sahhtu fl-Ewropa’.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: