Il-Partit Nazzjonalista huwa l-unika ghazla

Il-Partit Nazzjonalista huwa l-unika ghazla

Meta xi ftit tax-xhur ilu wara li ddiskutejt il-hsieb tieghi mal-familja sabiex nikkontesta l-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew, iddecidejt li nikkontesta, qatt ma ghaddieli minn mohhi li l-kandidatura tieghi tkun f’isem xi partit politiku iehor hlief dak tal-Partit Nazzjonalista. Forsi wiehed jista’ jasal ghall-konkluzzjoni maghggla u jghid li din hija ghazla naturali ghax jien Nazzjonalist. Izda jekk wiehed jara ftit fuq il-relazzjoni politika tieghi mal-Partit Nazzjonalista zgur li ma jsib l-ebda konessjoni diretta f’xi kumitat. Veru li dejjem emmint fil-politika li haddan dan il-partit izda kieku kienet l-istess politika imhaddna minn xi partit iehor jien kont inkun warajh. Jiena dejjem emmint fil-liberta’ ta’ l-espressjoni u ghext u rajt id-differenza ta’ bahar jaqsam li hemm f’dan ir-rigward bejn iz-zewg partiti kbar ta’ pajjizna. Jekk immorru lura fiz-zmien zgur li hafna minnkom tiftakru bliema mod kien jigi trattat wiehed li jazzarda jesprimi opinjoni differenti minn dik imhaddna mill-Gvern Socjalista ta’ dak iz-zmien. Jien nista’ nghid dan b’wicci minn quddiem ghax ftit wara li kkwalifikajt ta’ Nurse kont intbaghatt nahdem f’San Vincenz jew kif kien maghruf dak iz-zmien Has-Serh.

Izda ma tantx domt ghax seba’ xhur wara, kif l-awtoritajiet indunaw li jien mhux ser noqghod inkanta innijiet tal-partit socjalista u li kont nikkritika dak li fl-opinjoni tieghi hu hazin tawni trasferiment ghall-isptar San Luqa. Hekk kienu jsiru l-affarjiet dak iz-zmien. L-anqas biss tista’ ssemi lil Malta bhala titlu tant li l-gazzetta n-Nazzjon kellha tissejjah in-Taghna. Farsa wara l-ohra li waslitna biex indahhqu n-nies bina meta nsiefru, ghax kulhadd kien jerga’ lura minn btala bhazna ta’ cikkulata, toothpaste u ghagin. Dan mhux biss il-passat izda huwa wkoll il-prezent ta’ dan  il-Partit. Min jafni, jaf tajjeb kemm ma niddejjaqx nesprimi l-opinjoni tieghi u nibqa’ naghmel dak kollu possibli biex dak li nara li qed isir hazin ma niddejjaqx nikkritikah. Hekk ghamilt meta kont President tal-Union tan-Nurses u l-Midwives tant li hafna li kienu jafuni bhala Nazzjonalist bdew isaqsuni jekk sirtx Laburist. Issa kieku jien b’dan il-karattru tieghi nikkontesta l-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew mall-Partit Laburista zgur li nispicca tallab f’bieb il-Belt ghax nibda nehel multa fuq multa mill-Partit ghax inkun qed nikkritikah. Din farsa ohra u sarima ma’ halq kull kandidat li jista’ jigi elett. Dan barra li ma rridux ninsew li l-Partit Laburista ma kienx favur shubija fl-Unjoni Ewropeja u  kien kontra l-introduzzjoni tal-munita ewro. Issa mhux talli bidlu il-hsieb, talli bilkemm ma jridux jaghtu l-impressjoni li dan sehh bis-sahha taghhom.

Il-Partit Nazzjonalista kien minn dejjem konsistenti fil-principji u l-idejal tieghu u dejjem emmen li post pajjizna huwa fl-Ewropa. Dan il-Partit qatt ma beza’ mill-kritika u la ghamel sarima ma’ halq hadd inkluz il-kandidati tieghu u dejjem hares li jkun hemm strutturi biex ma tigix  imxekkla l-liberta ta’ l-espressjoni li hu dritt fundamentali f’demokrazzija. Ghalhekk l-ghazla li jien nikkontesta l-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista kienet wahda facli ghax dan hu l-Partit li verament jemmen fl-Ewropa. Jien nirringrazzja l-Ezekuttiv tal-Partit li laqgha n-nomina tieghi u approva l-kandidatura f’isem il-Partit.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: