Il-Maratona

Il-Maratona

M’ghandix dubju li kulhadd ser jaqbel mieghi li huwa fattur maghruf li l-poplu Malti huwa wiehed generuz.  Qatt ma qaghdna lura li natu d-donazzjonijiet taghna sabiex nghidnu f’xi inizzjattiva lit kun mnieda ga la darba tkun wahda li nemmnu fiha.  Zmien il-Milied huwa zmien ta’ ferh fejn inqassmu r-rigali u ma nieqfux naghtu minn dak li ghandna.  Huwa zmien fejn kulhadd jkun lest jdahhal idu fil-but u johrog il-flus, kwazi nazzarda nghid bla kontroll.

Huwa zmien fejn tradizzjonalment isiru maratoni biex jingabar ammont ta’ flus li ser jintuza ghal xi ghan nobbli.  Il-Maltin ma joqoghodux lura milli jsejhu ghall-appelli ghal donazzjonijiet u bi hgarhom jikkontribwixxu biex l-iskop ewlieni tal-inizzjattiva jkun jista jintlahaq.  Izda l-akbar sodisfazzjon li jista jkollu, kull wiehed u wahda minnha li jaghtu donazzjoni hu dak li jara l-frott minn dik id-donazzjoni.

Il-bierah hekk gara, l-Maltin u l-Ghawdxin taw bi hgarhom d-donazzjonijiet taghhom sabiex tkun tista titlesta b’mod komplet ic-Centru tal-Partit Nazzjonalista jew kif maghrufha ahjar id-Dar Centrali.  Dar miftuha ghall-Maltin u l-Ghawdxin kollha. Il-poplu bi hgaru ta d-donazzjonijiet, mhux biss ghax jemmen fl-importanza li l-akbar partit f’pajjizna jkollu Dar li verament tixraq fiz-zminijiet tal-lum, izda ta d-donazzjonijiet bi hgaru u b’aktar hegga ghax issa qed jara l-frott tal-ghotjiet li saru fis-snin precedenti.

Illum nistghu niftahru li ghandna ufficini moderni mibnija b’arkitettura li ssahhrek, stil uniku u attrajenti li verament ta’ min ifahhar lil Perit li hareg bid-disinn.  Issa baqa li nlestu l-ahhar htigijiet biex din d-Dar tkun tista tiffunzjona b’mod komplet u effettiv u l-accessibilita’ tkun wahda miftuha ghal kulhadd.

Dar li fiha mhux biss nsibu l-ufficini amministrattivi fejn johorgu l-ideat biex il-Partit Nazzjonalista jibqa jaggorna ruhu maz-zminijiet ghax insibu wkoll is-sezzjoni tal-mezzi tax-xandir.  Dan ghax fid-Dar hemm l-istazzjon tar-radju u tat-televizjoni li filwaqt li huma nkorporati fl-istess blokka ta’ binja huma separati mill-ufficini centrali.  Dan ghaliex il-Partit jifhem illi dawn iz-zewg sezzjonijiet iridu jahdmu id f’id, biex filwaqt li l-amministrazzjoni tamministra, is-sezzjoni tax-xandir tkun il-vuci li twassal l-informazzjoni b’mod trasparenti lil pubbliku.  Permezz ta’ maratoni bhal tal-bierah iservu wkoll bhala mezz biex nheggu lin-nies izuru d-Dar biex b’hekk jintlahaq l-ghan principali tal-ftuh ta’ dan il-kumpless li jimmira li d-Dar tkun centru haj b’attivita’ li ma tieqaf qatt.  Din d-Dar Centrali taghna hija wahda li tilqek u tghinek thares lejn il-futur b’kuragg.  Dar illi sabiex giet trasformata ghal dik li hi illum kellhom jittiehdu certi decizzjonijiet kuragguzi.

Mhux l-intenzjoni tieghi li nsemmi lista ta’ nies li kellhom b’xi mod involviment biex din il-holma ssir realta’.  Izda min naha l-ohra ma nistax ma nidentifikax b’ismu lil ex Segretarju Generali is-Sur Joe Saliba, bhala l-pijunier u l-mohh ta’ dan il-progett.  Kien proprju d-determinazzjoni u l-persistenza ta’ Joe Saliba li wasslet biex beda il-progett tat-twaqqieh tal-bini l-antik u floku ghandna l-gojjel tal-lum.

Nikkonkludi billi minn qalbi nirringrazzja lil kull min b’xi mod jew iehor ghen jew ghadu qed jghin biex jitlesta dan il-progett. Grazzi ghax kieku mhux kulhadd ta dik in-naqa li seta’ kieku illum ghadna ma bdejniex.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: