Il-Mara fid-Dinja tax-Xoghol

Il-Mara fid-Dinja tax-Xogħol

Ftit tal-granet ilu kont prezenti ghall-Konferenza Generali tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista, fejn gie elett kumitat gdid. Irrid niehu l-opportunita’ sabiex nawgura kull success lill-Kumitat il-gdid liema kumitat ghandu sfidi quddiemu sabiex ikompli jsahhah ir-rwol tal-mara fis-socjeta’. Waqt din il-konferenza gew prezentati diversi mozzjonijiet li nistqarr li kienu ta’ mportanza kbira izda tnejn minnhom laqghtuni aktar ghax kienu jirrelataw dwar l-edukazzjoni u dwar il-partecipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xoghol.

Zewg setturi li jien qed inqies bhala prijoritajiet fil-kampanja elettorali tieghi. Bla dubju ta’ xejn il-familja Maltija ghadha b’sahhitha u r-rwol tal-mara fil-familja ghadu wiehed b’sahhtu u li verament jitqies bhalha l-fus li fuqu ddur il-familja. Dan johrog car anke mill-istess mozzjonijiet li gew approvati.

Inghatat importanza kbira dwar is-sehem tal-mara fl-edukazzjoni tat-tfal kemm fuq livell akkademiku kif ukoll fuq livell socjali. Hareg bl-aktar mod car li l-mara thossha responsabbli ghall-izvilupp ta’ uliedha. Proprju bis-sahha ta’ dan illum qed ingawdu l-frott misthoqq. Il-Partit Nazzjonalista dejjem ra kif ghamel sabiex jaghti l-importanza misthoqqa lill-edukazzjoni u dejjem zamm dan is-settur bhala wiehed dinamiku u ma jieqaf qatt jevolvi tant li sal-gurnata tal-lum ghadna ghaddejjin minn riformi biex verament jkollna edukazzjoni nklussiva. Illum f’pajjizna nistghu niftahhru li ghandna partecipazzjoni ta’ aktar minn 70% ta’ l-istudenti taghna li jkomplu l-istudju taghhom wara li jtemmu s-sekondarja. Ghall-Partit Nazzjonalista dan mhux bizzejjed tant li l-mira hi li din ic-cifra titla’ ghall-85% fis-snin li gejjin.

Ghalhekk il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista bir-ragun ressaq mozzjoni sabiex thares u ssahhah l-edukazzjoni ta’ uliedna permezz ta’ aktar involviment mill-mara.

Mozzjoni ohra li giet approvata tindirizza l-qaghda prezenti tal-mara fid-dinja tax-xoghol. Hawnhekk wiehed ukoll irid japprezza incentivi li l-gvern qieghed jintroduci sena wara sena sabiex ihajjar aktar nisa jergghu jidhlu fid-dinja tax-xoghol. Kien proprju Gvern Nazzjonalista li ghamel ftehim kollettiv ma’ l-Unions bil-ghan li jaghti aktar spazju lin-nisa biex ikunu jistghu jiehdu hsieb il-familja filwaqt li ma jitilfux l-impjieg u b’hekk ikunu jistghu jibqghu jikkontribwixxu. Dan permezz ta’ incentiv li l-impjegati, b’mod partikulari fis-settur pubbliku jistghu jahdmu gimgha ta’ sieghat imnaqqsa sabiex jiehdu hsieb l-ulied li jkollhom taht it-tnax-il sena. Barra minn hekk gie introdott kuncett gdid ta’ tele working.

Izda xorta dan mhux bizzejjed tant li Malta ghadha l-unika pajjiz fl-Unjoni Ewropeja bl-inqas rata ta’ nisa fid-dinja tax-xoghol b’37% biss huma dawk li ghandhom impjieg filwaqt li l-medja fl-Unjoni hi ta’ 58.3%. Jidher car li dan huwa minhabba li jkunu qed jiehdu hsieb it-tfal, ghaliex ir-rata ta’ nisa li jahdmu fl-eta’ ta’ bejn is-16 u l-25 sena titla’ ghal 48.4%, 8.4% iktar mill-medja ta’ l-Unjoni Ewropeja. Illum is-socjeta’ qeghda dejjem tinbidel u r-rwol tal-mara kull ma jmur qed jiehu aktar dimenzjoni wiesgha u l-gharfien misthoqq.

Ghalhekk il-Gvern Nazzjonalista qieghed mixi fid-direzzjoni t-tajba meta kompla zied incentiv bhal dawk imhabbra fl-ahhar budget sabiex jinkoraggixxi aktar nisa jsibu mpjieg. Incentivi mhux biss relatati mat-taxxi izda wkoll allokkazzjoni ta’ fondi ghall-bini ta’ aktar child care facilities. Dan ghaliex il-Gvern huwa sensittiv li d-dimenzjoni tal-familja tradizzjonali kull ma jmur qed jinbidel u r-rwol tan-nanniet li jiehdu hsieb in-neputijiet qed isir aktar xi haga tal-passat. Fl-ahhar mill-ahhar il-mira tal-Gvern Nazzjonalista hi li jara li l-potenzjal tat-63% tan- nisa li ghadhom mhux parti mid-dinja tax-xoghol jinghataw l-istimulu biex ifittxu mpjieg biex b’hekk tissahhah l-ekonomija tal-pajjiz u l-kontribut ekonomiku tal-mara fis-socjeta’ jkunu bhall-bqija ta’ l-Unjoni Ewropeja.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: