Inizjattiva Nobbli

Inizjattiva Nobbli

Fil-mixja tal-hajja il-bniedem jghaddi minn diversi episodji u esperjenzi, kultant koroh u ohrajn pjacevoli u ohrajn li jkomplu jghinu biex jissawwar il-karattru ta’ dak li jkun. Il-bniedem kultant jinfexx jeghda wisq fuq l-affarjiet materjali, u ftit li xejn jieqaf jirrifletti li qeghdin hawn ghal perjodu ta’ zmien limitat. Nintrabtu mal-hajja u ningarru mal-kurrent u l-prijoritajiet taghna jkunu aktar ibbazati fuq dawk materjali. Jigri izda, li waqt din il-mixja nigu affacjati f’sitwazzjonijiet difficli, jew minhabba xi problemi familjari; fuq il-post tax-xoghol jew xi haga marritilna zmerg minn kif ippjanajniha.

Dak il-hin f’dawn ic-cirkustanzi thossok mitluf u ma tafx fejn ser taqbad taghti rasek, izda irridu nammettu li l-akbar problema li l-bniedem jistgha jaffacja hija il-mard u aghar minn hekk, mard fuq il-qraba taghna b’mod partikulari uliedna. Hadd ma jixtieq il-mard fuqu izda l-akbar tbghatija hi meta tara il-mard fuq l-gheziez tieghek, uliedek aktar u aktar meta jkunu ghadhom fi ckunithom. Kif nafu tajjeb il-bniedem imdawwar wahda u sew b’tipi ta’ mard li jistgha jsofri izda l-aktar marda li verament tbezzana u ddahalna gewwa qoxritna il-marda tal-kancer. Marda kiefra u li tibdillek hajtek u hajjet il-familja tieghek, ahseb u ara jekk min jimrad ikun ghadu fl-aqwa ta’ tfulitu.

Llum l-avvanzi fil-medicina jippermettu li nikkumbattu u sahansitra neghelbu din il-marda meqjusa bhala qerrieda. Izda l-kura ma ghandiex tkun biss ikkoncentrata fuq il-medicina izda ukoll fl-aspett psikologiku aktar u aktar fuq it-tfal. Kien ghalhekk li numru ta’ infermiera u tobba hadu l-inizzjattiva nobbli li ffurmaw organizazzjoni biex toffri l-ghajnuna f’dawn is-sitwazzjonijiet, organizazzjoni li llum stabbiliet ruhha, dik imsejha Puttinu Cares. Sa mit-twaqqif taghha fis-sena 2002, din l-organizzazzjoni bidet il-mixja tas-success u mil-ewwel sabghet is-support kollu biex tkompli tissahhah u tikkontribwixxi.

L-ghan ta’ din l-ghaqda mhux governattiva huwa li tiehu inizjattivi biex thares l-ambjent fejn it-tfal milquta bil-marda tal-kancer jkunu jistghu jkomplu jghixu f’ambjent addatta waqt li qed jiehdu l-kura. Ghalhekk illum nistghu nghidu li l-ward li toffri din il-kura fl-isptar Mater Dei, ir-Rainbow Ward hija l-aktar sala attrezzata li wiehed jistgha jsib mhux biss f’Malta izda fl-Ewropa kollha. Huwa tassew ta’ min japprezzah il-kontribut li dan il-grupp ta’ professjonisti qed iwettqu fil-hin liberu taghhom. Sforz li qed ihalli l-frott mixtieq, dak li jara tbissima fuq wicc it-tfal li jkunu ghaddejjin minn dan il-mument difficli minkejja li ghadhom f’eta’ zghira. Mhux biss ihares l-interresi tat-tfal izda tal-genituri taghhom ukoll tant li wahda mill-inizzjattivi kuragguzi li Puttinu Cares ghamlet kien ix-xiri ta’ appartamenti fl-Ingilterra biex il-genituri li jkunu qed jakkumpanjaw l-uliedhom waqt il-kura ikollhom fejn joqghodu minghajr ma jidhlu f’izjed spejjes.

Dan jistgha jsir biss bl-involviment shih ta’ nies ddedikati li jridu kontinwament jaraw minfejn ser igibu l-ghajnuniet finanzjari biex ikomplu jsostnu dawn l-inizjattivi. Turija cara mill-poplu kemm jirrikonoxxi dan ix-xoghol nobbli, sehhet propju meta ftit tal-granet ilu l-poplu Malti u Ghawdxi wera kemm ghandu qalbu tad-deheb u ingabret somma sensazzjonali fi ftit sieghat waqt il-programm Xarabank. Risposta cara li l-poplu taghna jaghti ghax irid jghin u din l-ghajnuna issa nistghun nkomplu intuha billi nippartecipaw fil-maratona ta’ football li Puttinu Cares ser itellghu il-Gimgha li gejja fil-Marsa Sports Complex. Jiena nawgura kull success lilll-organizzaturi u minn qalbi nghidilhom prosit.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: