Jum Internazzjonali tan-Nurses – 12 ta’ Mejju 2009

Jum Internazzjonali tan-Nurses

Ir-rwol tan-Nurse fil-qasam tas-sahha f’pajjizna irid ikompli jiehu aktar postu bhala parti mit-tim professjonali. Ghalhekk propju illum it-12 ta’Mejju 2009 il-jum iddedikat internazzjonalment bhala Jum in-Nurses, hassejt li ghandi insejjah din il-konferenza stampa fejn it-tema ta din is-sena hija ibbazat fuq il-kwalita ta’ kura u kif ser inservu l-kommunita’ billi in-Nurse tkun minn ta’ quddiem biex tohrog b’idejat innovattivi biex titjieb il-kura.

L-ghaqda internazzjonali tan-Nurses jew kif iktar maghrufa l-ICN ippublikat dokument biex n-nurses madwar id-dinja juzaw bhala mudell ta’ kif jistghu jahdmu biex titjieb il-kwalita ta’ kura. Huwa fattur maghruf li il-qasam tas-sahha huwa wiehed li jopera f’ambjent li kontinwament jinbidel fejn l-sfidi u l-prijoritajiet ma jibqghux l-istess. Dan il-bdil kostanti mhux biss isehh ghax l-avvanzi fil-medicina ma jifqux u ghax il-popolazzjoni kull ma jmur qed tghix aktar, izda ukoll minhabba cirkustanzi li jkunu imprevedibbli bhal ma gara ricentament fil-kwistjoni tal-influwenza tal-majjali. Irridu napprezzaw li l-pajjizi fid-dinjia jehtiegu miljuni kbar ta’ ewro biex ilahqu ma dawn l-isfidi u ghalhekk jista jkollok pajjizi fejn ghandhom ekonomija fqira li jaqaw lura. L-ghaqda dinjia tas-sahha flimkien mal-ICN jahdmu biex kull pajjiz fid-dinja jkompli jaghmel l-avvanzi medici mehtiega. Kull pajjiz irid jifhem li dak li jigri madwarna rrispettivament jekk hux f’pajjiz gar jew le, jista jolqot lil kulhadd. Niehdu ezempju f’dak li gara meta l-Messiku iddikjarat li kellha persuni infettati bl-influwenza tal-majjali u kien propju ftit granet wara li smajna diversi pajjizi ohra minn kull parti tad-dinja jesperjenzaw l-istess sitwazzjoni. B’hekk huwa importanti li nahdmu flimkien ghax dak il-mard li ma jigix kontrollat f’pajjiz jista jolqot pajjiz iehor.

Illum bhal kull sena fit-12 ta’ Mejju jigi ccelebrat jum in-Nurse, liema professjoni hija l-fus tas-servizzi fil-qasam tas-sahha tant li huwa meqjus li 80% tal-kura fl-isptarijiet hija moghtija minn nurses. Ghalhekk irid ikompli jsir aktar investiment f’dan is-settur u irridu nkomplu t-triq li dan il-pajjiz qabad sa mill-bidu tas-snin 90 li jaghtu gharfien u rikonoxximent misthoqq lil din il-professjoni. Illum pajjizna jipproduci nurses tal-ghola livell akkademiku li ghal dawn l-ahhar snin sar fuq livell universitarju. Qed tinghata opportunita biex n-nurses ikomplu jizviluppaw akkademikament u sahansitra jispecjalizzaw.

Ftit qabel ma spiccajt fir-rwol tieghi ta’ President tal-MUMN fis-sena 2007, kien intlahaq qbil mal-Gvern biex n-nurses bhal hafna professjonijiet ohra jibdew jinghataw il-warrant u mhux biss jigu registrati bhal ma jigri sa issa u ghalhekk jien nappella lill-awtoritajiet tas-sahha sabiex il-process tal-oghti tal-warrant jibda mill-aktar fis. Permezz ta’ dan l-gharfien in-nurses ikun jistghu jiehdu decizzjonijiet professjonali b’aktar kumdita biex il-pazjenti jibdew igawdu minn aktar effjenza.

F’dan il-jum l-ICN qed taghmel aktar enfazi dwar l-importanza li tigi zviluppata il-kura primarja u dik fil-komunita. Huwa biss bl-involviment tan-nurses f’dan il-qasam, li din l-evoluzzjoni tista ssarraf f’success. Irrid naghmel appell biex t-tobba jaghtu spazju lin-nurses biex jiehdu responsabilta ta’ certi servizzi f’idejhom u ma iraznux inizjattivi li jistghu isarfu biex l-pazjenti ikollom servizz ahjar. Ghandna hafna sfidi quddiemna fis-settur tas-sahha fosthom li nibdlu l-kultura li l-qasam tas-sahha tfisser li taghati kura meta primarjament ghandna tkun mizuri ta prevenzzjoni mill-mard. Ghalhekk irridu naghmlu l-ahjar uzu mil-fondi ta l-Unjoni Ewropea biex nitroducu sensila ta screening b’mod partikulari ghal-kancer tas-sider u l-prostata li huma meqjusa l-aktar komuni.

L-livell edukkattiv tan-nurses maltin huwa wiehed li jissodisfa bil-kbir il-krterji mitluba mil-Unjoni Ewropeja u dan sehh sahansitra sa mis-sena 1992. Hawnhekk ippermettuli nirrigrazzja lill-Professur John Rizzo Naudi li dak in-nhar kien il-mohh tal-bidliet radikali edukattivi li sehhew fil-korsijiet tan-nurses. Kien propju l-Professur Rizzo Naudi li gharaf r-rwol importanti ta’ din il-professjoni. Fis-snin 70 u 80 n-Nurses kienu meqjusa bhala par idejn li jridu jobdu l-ordnijiet u bla vuci ta’ xejn. Sa minn dak in-nhar qbadna it-triq tas-success u illum n-nurses Maltin huma ta l-aqwa livell u illum insibu nurses li speccalizzaw f’xi qasam mediku partikulari f’kull sptar f’Malta u Ghawdex.

In-Nurses f’pajjizna huma rikonoxxuti mad-dinja kollha tant li jien stess ninsab nokkupa kariga prestigjuza ta’ wiehed minn 15 in-nurse fost 130 pajjiz fil-bord tad-diretturi tal-ICN. Kien propju dan l-gharfien li wassal biex din l-organizazzjoni tazghel lill-Malta bhala d-destinazzjoni biex itella konferenza internazzjonali fejn ser ikolna f’pajjizna il-fuq minn 3000 nurse madwar id-dinja waqt konferenza li ser isehh f’Mejju 2011.

Irridu issa nkomlu nahdmu biex intejbu l-pratticitajiet tax-xoghol fl-isptarijiet b’mod partikolari fl-Isptar Mater Dei u dan ghandu jsir bl-involviment dirett mar-rapprezentanti biex jigu evitati sitwazzjonijiet konfrontali. Liema sitwazzjonijiet iwassalu biss ghall-inkonvenjenza ghall-pubbliku u tensjoni zejda fuq l-istess nurses li fil-maggoranza taghom jaghmlu hafna iktar milli mitlub minnhom biex il-pazjent jinqeda ahjar.

F’dan il-jum l-appell tieghi hu li filwaqt li rridu inzommu f’mohhna li l-pazjent huwa fic-centru tal-hidma taghna ninghataw id-dinjita professjonali misthoqqa u inkomplu fit-triq li Gvern Nazzjonalista qabad li jindirrizza l-problemi ezistenti biex verament dan l-Isptar eccellenti taghna jibqa joffri l-aqwa servizz li pajjiz jista jkollu fiz-zminijiet tal-llum.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: