L-Ewwel Sena ta’ Ħidma

L-Ewwel Sena ta’ Ħidma

Bħal dan iż-żmien sena il-poplu Malti għamel l-għażla li jkompli jħalli t-tmun ta’ pajjiżna f’idejn il-Partit Nazzjonalista, deċiżjoni li wieħed jista’ jqisha bħala straordinarja meta jitqies li dan il-Partit ilu fil-Gvern għal dawn l-aħħar tnejn u għoxrin sena b’eċċezzjoni ta’ tnejn u għoxrin xahar li ghamilna taht il-Partit Laburista. Straordinarja minhabba li wiehed jahseb li bhal ma jigri fil-maggoranza ta’ pajjizi demokratici bhal taghna wara certu zmien ikun hemm bidla fil-Gvern. Ghalhekk din l-ghazla hija turija cara li l-poplu Malti jaghraf jghamel decizzjonijiet bil-ghaqal u ma jhalliex lil min jaghddih biz-zmien b’weghdit fierha.

Wiehed jista jibda jahseb li la ma kienx hemm bidla kollox ser jistagna, li issa ser nigu iggvernati minn Gvern xott mill-idejat. Din ukoll hija sitwazzjoni straordinarja ghax il-fatti qed juru kontra, mhux biss bhala Gvern izda ukoll bhala Partit fil-Gvern fejn anki hawn saru tibdiliet fl-amministrazzjoni minkejja li kien Partit rebbieh. Dan ghax il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-kuncett ta’ rigenerazzjoni u innovazzjoni u bidliet kostanti sabiex jibqa aggornat maz-zmien.

Matul din is-sena il-Gvern mhux talli ma stagnax izda beda process ta’ sensiela ta’ riformi wahda wara l-ohra, fosthom riforma fil-ligi tal-kera, riforma fit-trasport pubbliku, riforma fil-Kunsilli Lokali, riforma fil-qasam tas-sahha u riforma fl-edukazzjoni. Dawn kollha fl-ahhar tnax il-xahar li juri bic-car liema livell ta’ energija u entuzzjazmu l-Gvern qabad ir-ritmu biex imexxi dan il-pajjiz ghal aktar success. Dan kollu fl-ambitu tax-xenarju xejn posittiv ta’ dak li qed jigri madwarna, fejn kuljum nisimghu b’fabbriki li qed jghalqu jew jissensjaw il-haddiema taghhom, sahansitra fabbriki li huma rinomati madwar id-dinja. Wiehed ma jistax ma jsemmix ukoll il-krizi ekonomika u finanzjarja li d-dinja qed tiffaccja, fejn rajna fallimenti ta’ banek meqjusa b’sahhithom.

Hemm min jargumenta li matul din is-sena ma sar xejn u kollox ghadu l-istess, izda il-fatti juru xorta ohra, bizzejjed nghidu li f’sena gew generati 7000 impjieg gdid. Matul dawn it-tnax il-xahar infethu tlett Child Care Centres u gew rinovati 29 skola u giet inawgurata skola gdida fil-Verdala. Fil-qasam tas-sahha rajna zieda ta’ 250 operazzjoni fix-xahar meta paragunat ma l-ammont li kien isir fl-Isptar San Luqa. Il-gzira Ghawdxija ukoll kellha parti fil-progress li sehh dan l-ahhar xhur billi rajna l-bidu ta’ bini ta’ skola gdida, aktar progetti ta’ restaw ta’ postijiet storici, u opportunita ta’ xoghol ghal madwar 260 persuna.

Dan huwa biss il-bidu tat-twettieq tal-programm elettorali li jrid jigi attwat matul il-legislatura kollha. Wiehed irid jifhem li ma jistax ikun li jsehh kollox f’daqqa, izda qed isiru s-sisien biex il-vizzjoni tal-Gvern tigi imwettqa. Dan qed isir b’konsultazzjoni wiesgha mal-partijiet kollha koncernati tant li fl-ewwel sena biss diga sehhew madwar 20 process ta’ konsultazzjoni biex isehhu r-riformi mehtiega. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern dejjem kellu vizjoni cara fejn irid iwassal lill-pajjizna, vizzjoni li bis-sahha tal-konsistenza u determinazzjoni qeghdin nilqghu l-isfidi ta’ quddiemna u bil-aqghal nahdmu biex mhux biss neghlbu l-maltemp ta’ madwarna izda naghmlu minn pajjizna Nazzjon bl-aqwa livell ta’ ghixien b’ekonomija b’sahhitha u sostenibbli.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: