Il-Makku Rebbieħ

Il-Makku Rebbieħ

Kien hawn min jahseb li Malta fl-Unjoni Ewropeja ser titlef l-indipendenza u l-awtonomija, u mhux hekk biss izda ukoll sahansitra kien hawn min ipparaguna lil Malta ma makku fil-konfront tal-qbija tal-pajjizi l-ohra. Kien hemm min ghal aktar minn darba stqarr pubblikament li pajjizna ser jitlef kull dritt li jiehu decizzjonijiet u li haddiehor ser jibda jimponi fuqna u ahna fic-cokon taghna ser inkunu bla vuci u bla potenzjal li niehdu d-decizzjonijiet fl-ahjar interess ta’ pajjizna.

Illum hames snin wara li pajjizna issieheb f’dan il-blokk li tant werwruna minnu nafu ezatt xi tfisser li tkun taghmel parti mis-27 pajjiz fl-Unjoni. Minkejja li pajjizna huwa l-izghar pajjiz mhux biss fl-aspett tad-dimensjoni geografika, kif ukoll fir-rigward ta’ popolazzjoni, ma qadnix lura milli insemmu lehinna u meta kellna ragun ikkonvincejna l-pajjizi l-ohra sabiex jappoggjaw proposti imressqa minnha.

Kienet proprju bl-insistenza u d-determinazzjoni tal-politici taghna li fill-patt maghruf bhala “Burden Sharing” gibna lill-pajjizi kollha tal-Unjoni japprezzaw is-sitwazzjoni partikolari li pajjizna qed jiffaccja bid-dhul kontinwu ta’ immigranti irregolari li qed jaslu f’pajjizna. Illum is-26 pajjiz fi hdan l-Unjoni Ewropeja qablu li jridu jahdmu biex jghinu lill-Malta biex jittaffa l-impatt li qed ihalli dan il-fenominu. Dan ghaliex fehmu li l-ammonti ta’ immigranti irregolari li qed jaslu qed ihallu impatt negattiv socjo-ekonomiku kif ukoll sanitarju fuqna. Sahansitra il-Kummissarju tal-Gustizzja Ewropew Jacques Barrot waqt iz-zjara li ghamel f’pajjizna ftit tal-granet ilu stqarr li Malta ma tistax tibqa taffaccja din it-tragedja umana wahedha. B’hekk dan il-pajjiz li kien meqjus minn xi whud bhala makku mhux talli ma inbelghax, izda qed jigi rikonoxxut u rispettat.

Prova ohra ta’ dan, kien il-ftehim li sehh ricentament dwar l-ezentazzjoni tat-taxxa tal-VAT minn fuq l-ikel u l-medicinali. Din hija rebha kbira ghall-poplu Malti u Ghawdxi li ser thalli aktar minn 200 ewro fis-sena fil-bwiet tan-nies. Ftehim simili milhuq biss mar-Renju Unit u l-Irlanda filwaqt li l-qbija tal-pajjizi ihalsu l-VAT fuq dawn il-prodotti.

Kien hemm min xtaq li ftehim bhal dan ma jintlahaqx tant li hargu pubblikament ibezzghu li jekk nissiehbu fl-Unjoni ser nibdew nigu intaxxati fuq il-medicinali u l-ikel. Kien hemm min fixkel u kompla sahhan biex dan il-ftehim ma jsehhx ghax l-ewwel interess kien li jittiehed vanatgg politiku u mhux l-interess tal-poplu. Izda il-Partit Nazzjonalista minn dejjem emmen fil-potenzjal ta’ pajjizna u dejjem emmen li Malta m’hiex makku izda nazzjon b’vizzjoni cara u determinanti. Dak li sehh ftit tal-granet ilu fi Brussell hija turija cara li l-Gvern kontra kull kurrent dejjem gharaf kif bil-ghaqal ihares l-ewwel u qabel kollox l-interessi tal-poplu li jirrapprezenta. Dak li sehh fi Brussell juri bic-car li fl-Unjoni Ewropeja ma jeziztux sharks u makki izda imhuh li kapaci jinnegozjaw u joholqu argumenti konvincenti biex kullhadd johrog rebbieh, inklux il-makku!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: