L-Isptar Mater Dei

L-Isptar Mater Dei

Issa li l-Isptar Mater Dei ghalaq sena minn mindu beda jiffunzjona u jilqa’ l-ewwel pazjenti, tajjeb wiehed janalizza l-effett li dan l-isptar halla kemm fuq is-settur tas-sahha u kif ukoll fil-poplu in generali. Bla dubju ta’ xejn dan l-isptar lussuz taghna qed joffri servizz u kura f’ambjent aktar accettabbli u nadif, b’facilitajiet komdi u moderni. Sptar fejn l-istruttura moderna tieghu taghtik l-impressjoni li qiesek qieghed fl-aqwa lukanda u mhux go sptar. Izda din l-aqwa lukanda qed isservi l-ghan taghha ta Sptar ta eccellenza.

Dan ghaliex proprju f’dawn it-tnax-il xahar li ghaddew aktar minn 320,000 ruh ghamlu uzu minnu, dan ifisser li meta ipparagunat ma’ l-isptar San Luqa naraw zieda ta’ aktar minn 55,000 ruh. Paragun iehor li ta min isemmi hu dwar iz-zieda fl-ammont ta’ operazzjonijiet fejn rajna jsiru aktar minn 300 operazzjoni izjed minn kemm kienu sehhu fl-isptar San Luqa fi zmien bejn Jannar u Settembru. Insibu wkoll zieda sostanzjali f’ammont ta’ pazjenti li gew rikoverati fl-isptar fejn fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena Mater Dei laqa’ ‘l fuq minn 67,000 pazjenti, zieda ta’ aktar minn 4,000 mill-isptar San Luqa.

Tant dan l-isptar il-gdid taghna huwa ta’ livell gholi li sahansitra qed jirrikorru ghalih nies li s-soltu jmorru fi sptarijiet privati. Illum id-dinjita’ tal-pazjent hija rispettata u hadd ma ghadu jispicca f’sodda f’nofs ta’ kurudur espost ghal kulhadd u l-hwejjeg personali jkollu jzommhom f’baskett tal-plastik fuq xi siggu. Kulhadd ghaddej minn hdejk u flok jirnexxielek tistrieh u tikkalma tispicca mimli anzjeta’ minhabba s-sitwazzjoni skomda.

Dan ma jfissirx li nstabet is-soluzzjoni magika u li m’ghadx ghandna diffikultajiet fosthom numru konsiderevoli ta’ pazjenti li qed jokkupaw sodod fl-isptar Mater Dei meta fil-fatt ghandhom bzonn biss assistenza residenzjali, dawk maghrufa bhala social cases. Dawn ma jistghu jonqsu qatt ghax id-dimenzjoni tal-familja taghna llum inbidlet u ftit li xejn ghad insibu familji li jkunu jistghu jzommu l-anzjani taghhom id-dar. Ghalhekk il-Gvern ha d-decizzjoni li jaghmel uzu mis-swali fl-isptar Karen Grech bil-ghan li filwaqt li nofsu jintuza ghal ghanijiet ta’ rihabilitazzjoni, l-kumplament ikun sabiex jilqa’ fih il-pazjenti li meqjusa bhala kasijiet socjali. B’hekk tigi evitata sitwazzjoni ta’ kongesstjoni fl-isptar Mater Dei. Dan kollu jfisser li hemm bzonn ta’ aktar haddiema b’mod partikulari ta’ aktar infermiera. Ghalhekk ukoll illum ghadha qed tippersisti l-problema ta’ nuqqas t’infermiera, liema problema l-Gvern qed jirrikonoxxi u qed jaghmel minn kollox biex jindirizzha.

Illum kulhadd qed jifhem li issa li l-isptar Mater Dei beda jaqdi l-funzjonijiet tieghu u li l-progett irnexxa, issa rridu nharsu lil hemm biex inkomplu intejbu s-servizz tas-sahha.

Minkejja dawn l-avvanzi kollha li ghamilna xorta ghad ghandna stennijja ghall-operazzjonijiet li hi twila b’mod partikulari operazzjonijiet ta’ l-irkoppa u tal-katarretti. B’sodisfazzjon nistqarr li l-Gvern issa ser jimbarka fi zvilupp u riforma fil-qasam tal-kura primarja. Dan ghaliex huwa biss zvilupp radikali f’dan il-qasam li jista’ jwassal ghall-veru success mixtieq fil-qasam tas-sahha f’pajjizna.

Permezz ta’ kura primarja efficjenti nkunu nistghu nnaqsu l-granet li pazjent jibqa’ rikoverat fl-isptar, ghax ikun jista’ jinghata l-kura fl-ambjent ta’ daru. B’hekk is-sodod fl-isptar ikunu jistghu jintuzaw minn aktar nies. Ma dana kollu irridu nifhmu u napprezzaw li sabiex issehh riforma ta’ din ix-xorta l-impatt finanzjarju ser jizdied b’mod sostanzjali.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: