Diskors mill-Onor. Mario Galea – 28 ta’ Novembru 2008

DISKORS MILL-ONOR. MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI TA’ L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, WAQT IL-KONFERENZA ‘BEATING BUGS’ – RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL – 28 TA’ NOVEMBRU 2008

Ippermettuli nibda dan l-intervent qasir tieghi billi l-ewwel nifrah lill-Infection Control Team fir-Residenza San Vincenz de Paul ghal din l-inizjattiva. Irrid niehu din l-okkazjoni biex insellem lill-kollega u habib antik tieghi Rudolph Cini li hu c-Chairman tal-Infection Control Team ta’ San Vincenz. Grazzi Rudolph tal-impenn tieghek lejn il-professsjoni tan-nurses u ghall-mod responsabbli u serju li dejjem qdejt dmirek f’kull kariga li kont. Personalment inhares lejk bhala Role Model u konvint li hawn hafna ohrajn li jahsbuha bhali. Grazzi hafna Rudolph u konvint li minkejja l-mewg li fil-hajja ma jonqosx, se tkompli taqdi dmirek b’responsabbilità.

Konferenza bhal din hija opportunità tajba biex niefqu ftit. Halli naraw minn fejn tlaqna, fejn qeghdin u fejn irridu naslu. Inkun qed nonqos jekk ma nesprimix is-sodisfazzjon u l-apprezzament tieghi ghall-progress li f’dawn l-ahhar snin sehh fil-qasam tal-kura tal-anzjani. Fil-kaz ta’ San Vincenz, dan il-progress ma kienx biss strutturali, fejn sena wara sena qed jigu rinnovati s-swali f’dan il-kumpless li aktar jixraq li nirreferu ghalih bhala rahal ckejken. Fil-fatt anki ghal din is-sena, f’San Vincenz se nonfqu madwar tlett miljuni u hamsin elf Ewro.

Izda progress anki fil-mod ta’ kif qed noffru l-kura lir-residenti taghna. Illum f’San Vincenz, m’ghadniex noffru biss kura bazika li tfisser biss akkomodazzjoni, assistenza fiz-zamma tal-igjene u provvediment tal-ikel. Fil-fatt minn aktar minn 1,100 resident li hawn f’San Vincenz de Paul, 60% minnhom huma pazjenti dipendenti.

Illum hawn qed noffru tista’ tghid il-kura kollha li jkun hemm bzonn, inkluz hafna kura medika li ssir kollha hawn inhouse mill-professjonisti taghna. Huwa biss f’sitwazzjonijiet specjalizzati jew bzonn ta’ operazzjoni, fejn l-anzjani jigu riferuti ghal Mater Dei. Dan hu possibbli wara l-ezercizzju bla waqfien li qed isehh fejn qed inzidu n-numru ta’ nurses li jahdmu fir-Residenza. Fil-fatt fl-ahhar gimghat il-compliment tan-nurses f’San Vincenz zdied b’26. F’dawn l-ahhar snin, minbarra nurses zdiedu numru ta’ professjonisti ohrajn minn dixxiplini differenti. Fil-fatt ghadhom kemm inghaqdu mad-Dipartiment tal-Anzjani zewg konsulenti godda tal-Gerjatrija. Anki f’San Vincenz, irridu naccertaw li l-kura li naghtu tkun kemm jista’ jkun kura holistika, fejn ikun hemm is-sehem ta’ team multi-dixxiplinarju.

Kien ghalhekk li nhasset il-htiega li nwaqqfu Nursing Speciality Unit u mill-ewwel introducejna r-rwol tal-Infection Control Nurse. Illum hawn ukoll il-Continence Nurse Advisor u ricentament ghadha kemm giet appuntata wkoll il-Practice Development Nurse. Ma rridux  nieqfu hawn u rridu nkomplu nintroducu aktar specjalizazzjonijiet f’dan il-Unit. Fid-dinja tal-lum hu ferm importanti li jkollna nurses specjalizzati f’oqsma differenti.

Din hija t-tieni sena li qed tigi organizzata din il-Konferenza. L-ghan ta’ din il-Konferenza hu proprju biex tqajjem kuxjenza dwar l-importanza li kulhadd, staff u residenti flimkien ghandhom jahdmu biex jigi evitat tixrid ta’ mard, b’mod partikolari mard li jittiehed. L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO) issostni li hafna mill-mard li jittiehed, jista’ jigi evitat u dan huwa wiehed mill-ghanijiet principali tal-Infection Control Unit. Dan qed isir billi regolarment jigu organizzati lectures, jigu introdotti policies u sistemi innovattivi biex innaqqsu sa fejn hu possibbli l-incidenza tal-infezzjonijiet. Hawn ma nistax ma nsemmix l-importanza kbira tal-hasil tal-idejn. L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha ssostni li kieku l-professjonisti u l-haddiema fl-isptarijiet mad-dinja kollha jahslu jdejhom meta u kif suppost, kieku aktar minn 95% tal-mard li jittiehed waqt li l-pazjent ikun l-isptar, jigi eleminat. (influwenza)

Fir-Residenza ta’ San Vincenz il-kuncett tal-igjene tal-idejn qed jinghata hafna importanza. Fil-fatt mis-sena l-ohra bdiet tinghata Award lil dik is-sala li l-istaff taghha jkun qed josserva b’mod rigoruz il-prattika tal-hasil tal-idejn. Din is-sena wkoll fl-gheluq ta’ din il-Konferenza se jerga’ jinghata dan l-Award. Is-Segretarjat iqis il-kuncett tal-Infection Control bhala importanti hafna ghax b’hekk jigu evitati infezzjonijiet li l-ewwel u qabel kollox ifissru riskju u tbatija zejda ghall-pazjent, apparti l-ispejjez kbar li nonfqu biex nikkuraw dawn l-infezzjonijiet, li kif kont qed nghid uhud minnhom jistghu jigu evitati billi nahslu jdejna specjalment meta mmorru biex naghtu kura minn pazjent ghall-iehor.
U hawn ipermettuli nghid kelmtejn fuq l-importanza li l-antibiotici jintuzaw fejn veru jkun mehtieg u jinxtraw biss b’ricetta tat-tabib.

Kif hafna minnkom tafu, l-ewwel medicina effettiva kontra l-bacteria giet skoperta fis-snin tat-tletinijiet u l-erbghinijiet. Kienet skoperta storika, fost ohrajn dik tal-Penicillin fl-1928 mix-xjentist Skocciz Sir Alexander Fleming. Dawn l-ewwel antibiotici fissru li l-imwiet mill-infezzjonijiet bdew jonqsu. Fost dawn kien hemm nuqqas sinifikanti ta’ imwiet minn TB, thyphoid fever, bacterial meningitis, pulmonitite u infezzjonijiet ohra li huma meqjusin bhala Hospital Acquired Infections. Qabel l-iskoperta tal-antibiotici, semplici ferita kienet bizzejjed biex toqtlok konsegwenza ta’ xi infezzjoni. Wara l-iskoperta tal-penicillin, il-bniedem ha nifs fil-fond. Kien irnexxielu jaghmel rebha kbira fuq il-mikrobi.

Imma ma domniex ma ndunajna li l-mikrobi kienu kapaci jadattaw ruhhom u jsiru rezistenti ghall-antibiotici li bdejna nuzaw. Imma dan il-fenominu ma nkwetax lill-bniedem, ghax tul iz-zmien kien kapaci jibqa’ jibni fuq is-success tal-penicillin. Bdew jigu skoperti aktar antibiotici b’sahhithom. U ghal hafna zmien il-fatt li kien jinstab mikrobu rezistenti ma kienx jinkwieta lill-professjonisti medici. Dan ghaliex setghu facilment jaqilbu ghall-antibiotici ohrajn li jkunu aktar f’sahhithom. Tant kien hawn xelta ta’ antibiotici fis-suq li bhal donnu l-bniedem beda jserrah rasu. L-umanità bhal donnu bidet temmen li l-glieda kontra l-mikrobi kienet intrebhet darba ghal dejjem. Maz-zmien, l-industriji tal-medicini bdew jitilfu l-interess fir-ricerka u l-produzzjoni tal-antibiotici godda u dawru harsithom fuq kura ghall-mardiet ohrajn.

Sadattant, il-bniedem beda juza l-immunizzjon li kellu bl-aktar mod kapriccuz u hafna drabi b’mod mill-aktar irresponsabbli. Ghal zmien twil, l-antibiotici bdew jintuzaw bl-addocc bhallikieku ghada ma kienx jezisti. F’Malta hekk ghamilna wkoll. Nahseb bhali tafu li ghal zmien twil, l-antibiotici kont issib tixtrihom over the counter qisek qed tixtri pakkett chewing gum sugar free u fejn sahansitra l-gara kienet taghti mill-pembritin zejda li jkun fadlilha lil Cikka ta’ hdejha biex minghaliha tikkuralha r-rih li kellha. Bhali smajtu b’kazi fejn nies kienu jixtru l-antibiotici u wara jumejn iwaqqfuhom ghax la darba qed ihossuhom ahjar m’hemmx ghalfejn ikomplu l-kors. Nirrikonoxxi li sar progress fl-uzu tal-antibiotici ghalkemm abbuz ghad hawn kemm fix-xiri ta’ antibiotics over the counter, kif ukoll fil-mod kif jintuzaw. Din hi haga serja hafna ghax l-abbuz tal-antibiotici ma jaghmel xejn hlief ikompli jrewwah iz-zieda ta’ aktar mikrobi rezistenti.

U hawn forsi fejn il-bniedem ghamel zewg dnubiet sagrileggi. Il-kumpaniji tal-farmacewtika tilfu l-interess fir-ricerka ta’ antibiotici godda, waqt li fl-istess hin kien ghaddej dan l-abbuz sfrenat mill-istess antibiotici. Illum l-umanità qed thallas il-prezz gholi ghal dan l-abbuz. Ghax jekk ghal xi zmien il-bniedem tilef l-interess fil-mikrobi, il-mikrobi zgur li qatt ma tilfu l-interess fil-bniedem u baqghu jinbidlu skond il-bzonn u skond il-htiega u jsiru aktar rezistenti. Fis-skiet, il-mikrobi bdew jergghu jarmaw ghall-bniedem. U meta kien il-waqt attakkaw lura lill-bniedem u sabuh litteralment off guard. Jekk hawn bzonn prova kemm hu minnhu l-proverbju li jghid li revenge is best served cold, nahseb tawielna l-mikrobi. Attakjaniehom, irbahnielhom, fil-kwiet ramaw ghalina u meta kien il-waqt attakawna lura. Ir-rizultat ta’ dan l-attakk nafu x’inhu – il-famuza MRSA u mikrobi ohra rezistenti li llum qed jiswew lis-sistemi tas-sahha madwar id-dinja miljuni kbar.

Kemm hu facli li quddiem il-problema tar-rezistenza tal-mikrobi li qed thawwad lid-dinja kollha nibdew naqtghu qalbna. Nemmnu li fallejna. Li issa missejna l-qiegh u li ftit li xejn hemm x’naghmlu.
Assolutament mhux hekk. Fil-glieda taghna kontra l-mikrobi digà qed naghmlu hafna. Fadlilna hafna x’naghmlu iva. Ghax madwar id-dinja kollha qed ifeggu traces ta’ mikrobi rezistenti li qed ihawduna u jinkwetawna. Imma kieku mhux qed naghtu kaz, kieku mhux ghax digà qed niehdu hafna prekawzjonijiet, kieku llum l-inkwiet taghna hu ferm akbar. Kieku llum aktarx wasalna fi stat fejn semplici ferita f’subghajk kienet bizzejjed biex toqtlok.

U ghall-grazzja t’Alla ghadna ma wasalniex hemm. Ghalhekk l-ewwel u qabel kollox irridu nemmnu fina nfusna u napprezzaw fejn konna kapaci naslu minghajr ma ninsew it-triq twila li fadlilna x’interrqu. Ghax ovvjament fil-glieda taghna kontra l-mikrobi fadlilna hafna u hafna xoghol x’naghmlu. Hemm lok ta’ hafna aktar ricerka. Irridu nkomplu nfittxu u nitghallmu dwar metodi godda biex innaqqsu r-riskji ta’ cross infections fl-isptarijiet taghna.

Imma dan bl-ebda mod ma jfisser li intom hziena. Anzi fil-maggoranza assoluta taghkom intom digà tajbin hafna. Digà qed taghmlu hafna.

Nistidnikom biss biex taghmlu ftit aktar. Biex tkunu ftit aktar attenti. Halli tkunu ahjar.
Fil-glieda kontra l-mikrobi, il-bniedem kien digà qieghed minn fuq. Nemmen li jekk nibqghu mohhna hemm u ma nittraskurawx nistghu mhux biss ingibu d-draw, imma nirbhu din it-taqtigha wkoll.
Minn qalbi grazzi hafna ghax-xoghol li qed taghmlu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: