Nazzjonali jew Partiġjan?

Nazzjonali jew Partiġjan?

Hemm ħafna aspetti fil-ħajja tagħna f’dawn il-gżejjer li jħarsu b’żewġ lenti – jew blu jew ahmar, jew ta’ dak il-kazin jew tal-iehor, jew ta’ Kajin jew ta’ Abel, tant tispicca din il-firda li wasalna ukoll li naghtu titli lil granet pubblici bhala nazzjonali jew le. Hafna zgur jiftakru, kif fis-snin sebghin, il-Gvern immexxi minn Mintoff, ipprova jnessi il-gurnata storika tal-Indipendenza, meta minn kolonja Ingliza bdejna it-triq taghna bhala stat sovran. Tant ried inessi dan l-avveniment, li l-istess Prim Ministru ta dak iz-zmien holoq gurnata ohra u sejhilha wahda storika u nazzjonali – din tfakkar it-tmiem tal-kuntratt ezistenti li kien sar originalment fis-snin sittin wara l-Indipendenza u li kien sewa sabiex issir tranzizzjoni komda, bejn pajjiz dipendenti fuq bazi militari ghal wiehed Sovran, li seta jibbaza l-ekonomija tieghu fuq l-industriji bhal dik tal-manifattura, tat-turizmu u tal-agrikultura.

Waqt il-Kunsill Generali li ltaqa fid-Dar Centrali, ftit tal-gimghat ilu, l-Prim Ministru semma l-importanza, li tul dawn l-ahhar ghoxrin sena, kellna tkabbir fis-sens ta’ maturita politika fil-pajjiz li wassal sabiex ikollna anke President tar-Reppublika nnominat mill-Prim Ministru u li gej mill-kamp oppost tal-partit fil-gvern. Semma wkoll l-importanza, li issa ghandna nikkonsidraw il-kwistjoni ta’ Jum Nazzjonali u li dan kellu jirrifletti fil-verita, l-akbar avveniment storiku u signfikanti ghall-pajjizna. Kellna diversi granet storici, imma wahda biss tista titqies bhala gurnata li holqot is-sisien tal-kostituzzjoni maltija kif nafuha illum u din hija l-Indipendenza, li taghat il-jedd u r-riedni lilna, bhala poplu li niddeciedu l-gejjieni u d-destin taghna. Meta naslu biex naqblu fuq din il-gurnata, inkunu nistghu nghidu li nkunu sirna verament, poplu b’maturita politika eccellenti.

Jiena, fl-intervent li ghamilt waqt il-Kunsill Generali ghidt li ahna pajjiz, li ghandna krizi, minhabba din il-firda, u nishaq nghid, li din il-firda waslet tant, li qeghdin nipperikolaw il-gejjieni ta’ pajjizna ghaliex qeghdin nghedew f’affarijiet, li ma tantx huma daqstant importanti u ninjoraw elementi aktar serji u strategici li jaffetwaw l-ekonomija u s-socjeta taghna li jistghu sahansitra jipprikolaw l-ghixien u l-impjiegi taghna stess.

Jiena nghid, ha niddeciedu f’waqtu, dwar il-Jum Nazzjonali, imma ha niddeciedu wkoll u nahdmu flimkien sabiex nghelbu l-isfidi li ghandna, kemm dawk ekonomici, minhabba s-sitwazzjoni globali u kif ukoll dawk interni, bhal kwistjoni tal-imigrazzjoni illegali. Meta meta l-Gvern u l-Oppozzizjoni jaslu biex jaqblu dwar liema huma l-prejoritajiet ta pajjizna inkunu verament qed nuru li ilhaqna il-livell ta mmatura politika misthoqqa u li poggejna lill-pajjiz bhala l-ewwel interss taghna. S’issa, jkolli nistqarr, li ma rajtx din ir-rieda tajba, minn naha l-ohra, ghandna l-Kap tal-Partit Laburista, li rega hareg l-elementi kollha li jorbtu il-PL mal-Partit Socjalista tas-snin sebghin, ghandna Kap li kien ftahar bi Stagun Politiku Gdid u spicca ghandu biss xitwa bierda u mudlama; ghandna Kap tal-Partit li ftahar, li hu ried jghin fit-tfassil ta’ politika serja ghal pajjizna imma mbghad ma accettax il-pairing fil-Parlament, anke wara li kien il-Prim Ministru stess li wera l-id tal-hbiberija meta nnomina President tar-Repubblika mill-kamp oppost.
Nahseb hemm hafna aktar ezempji fejn nistghu nuru nuqqas ta’ maturita politika minn naha tal-Partit Laburista u l-bidla fl-isem ghal PL fiha nnfissha ma ggibx l-istagun politiku gdid mwieghed. Dan in-Nazzjoni taghna zgur haqqu Oppozzizjoni ahjar ghax fuq kollox hija il-Gvern alternattiv.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: