Il-PL – Partit tal-Le

Il-PL – Partit tal-Le

Qisu bhalli kieku l-Partit Laburista li issa fil-qasir qed juza l-ittri PL, kien jaf x’inhu jaghmel meta biddel ismu. Dan ghax issa l-ittri huma vera rapprezentattivi ghax veru kien ghadu u jidher li ser jibqa l-Partit tal-LE (PL). Ejja nghatu harsa fuq fuq ta’ kemm il-darba intuzat il-kelma LE ma’ dan il-Partit.

Immorru lura ftit fiz-zmien u niftakru meta kienu qalu LE ghall-liberalizazzjoni u nzommu biss kontroll assolut fuq l-importazzjoni, b’konsegwenza li l-Poplu Malti beda jigi redikolat meta jsiefer ghax tarah gej lura b’bagalja mimlija ghagin, toothpaste u cikkulata. LE ghall-uzu ta’ video recorder u cordless telephone sahansitra kienet saret tfittxija intensiva fid-Dar Centrali biex jaraw kienx hemm xi wiehed minn dawn l-apparati, ghax dak iz-zmien kien reat. LE ghall-liberta tal-espressjoni tant li kont tigi vittimizzat jekk tixtri xi gurnal li ma jfahharx il-Gvern Socjalista ta dak iz-zmien.

Fl-1987 il-Partit tal-Le tilef l-elezzjoni, izda ma tghallimx, baqa jghid le, le u le. Meta il-Gvern Nazzjonalista ippropona l-introduzzjoni tal-Kunsilli Lokali u li dawn ikollhom rapprezentanza tal-partiti politici, tal-PL hargu bi hgarhom imaqdru din il-proposta u kienu kontra l-introduzzjoni ta’ dan il-kuncett gdid ghall-pajjizna. Illum mhux biss jghidu li jemmnu fir-rwol important tal-Kunsilli izda sahansitra bdejna inkejlu b’percentwali ta l-efficjenza taghhom. Gejna biex nibdew it-triq ghal shubija fl-Unjoni Ewropea, u bhas-soltu regghu qalu LE u ppruvaw jbellawlna xi forma ta’ partnership li tkun l-ahjar ghazla li l-poplu jista jaghmel. Qalu li b’hekk Malta tigi Svizzera fil-Mediterran. Illum insibu lill-mexxej tal-PL jitkellem fuq l-Unjoni Ewropea qisu kien proprju li qedin fiha bis-sahha tal-Partit tieghu.

Il-LE ma waqfitx ghax wara li l-Malti uza l-intelligenza tieghu u induna li Malta posta fl-UE, ridna li pajjizna jidhol fiz-zona Schengen, u l-irwifen regghu qamu jghajtu LE ghax nitilfu l-kontroll ta’ min jigi f’Malta u qalu LE meta nehhejna l-formola tal-imbarkazzjoni. LE ghall- munita Ewro ghax skond il-PL ma konniex lesti ekonomikament. Wiehed jittama li issa li l-PL ghandu Kap gdid u li stqarr li saru terremoti ta’ tibdil, il-kelma LE mhux ser tiddomina daqshekk. Izda gharralna ghax regghu qalu LE ghall-proposta li l-Malti jkollu l-possibilta’ li jezercita d-dritt tieghu li jivvota fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew gimgha qabel jekk jiddikjara li fis-6 ta’ Gunju jkun imsiefer. Ghar minn hekk issa hargu bil-proposta redikola li nittrasportaw kaxxa tal-voti f’Cipru fejn ser ikun hemm kontingent atletiku Malti, li niehu l-opportunita nawgura kull success. Mhux biss proposta li thammrilna wiccna mal-barranin kieku kellna naghmluha, izda hija diskriminatorja ma’ dawk il-Maltin li ser ikunu imsiefrin f’pajjizi ohra.

Izda mhux dejjem jghidu LE ghax meta tal-PL ikunu barra minn Malta jsiru pozittivi u jivvutaw iva din id-darba sabiex inkunu nistghu nilqghu lit-terroristi f’pajjizna. Kif qatt tista tifhem il-politika, suppost fl-interess nazzjonali, li qed tigi adottata mill-PL.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: