Il-President taghna lkoll

Il-President taghna lkoll

Kemm ilni nikteb artikli fil-gurnali lokali mhux l-ewwel darba li qajjimt kontroversja b’dak li nkun qed nghid, dan ghaliex jien ma niddejjaq xejn nesprimi l-opinjoni tieghi bla tlaqliq, u fl-istess nifs nirrispetta lil min ma jaqbilx ma’ dik l-opinjoni. Jiena nemmen li meta wiehed jirrikorri ghall-mezzi tal-istampa sabiex jesprimi ruhu dan ghandu jaghmlu bla tlaqliq u b’determinazzjoni ghaliex fuq kollox dak hu wiehed mill-vantaggi sagrosanti li ghandu c-cittadin li jghix f’pajjiz demokratiku.

Dan ukoll huwa principju li jhaddan il-Partit Nazzjonalista li ma jaghmel sarima ma’ halq hadd u jirrispetta d-diversitajiet ta’ bejnietna. Ghalhekk ser niehu l-opportunita li f’dan l-artiklu tieghi nesprimi l-opinjoni tieghi dwar l-ghazla ghall-hatra tal-President ta’ pajjizna. Kulhadd huwa konxju li f’April li gej jiskadi t-terminu tal-Presidenza attwali. Issa rega wasal iz-zmien biex nahtru t-tmien President ta’ Malta. Qieghed nghid tmienja ghax qed neskludi iz-zmien fejn kellna zewg Agenti Presidenti li bejniethom garrew din l-kariga ghal madwar tlett snin.

Nafu tajjeb li l-kariga ta’ President li hija ghall-perjodu ta’ hames snin twassal ghal tmiem ta’ karriera ufficjali ghal dak li jkun ezawrixxa dan it-terminu. Ghalhekk forsi sa issa l-hatra tal-Presidenti precedenti dejjem kienet minn fost ghazla ta’ persuni ta’ eta` avvanzata u li fil-maggoranza taghhom kienu diga qed joqorbu lejn tmiem il-karriera li dejjem kienet wahda politika. Forsi wiehed jista ma jaqbilx, izda il-fatt li l-President ikun gej mill-qasam tal-politika, huwa important biex ikun jista jifhem aktar ir-responsabilta` ta’ din il-kariga. Il-President minkejja li fil-prattika jidher li m’ghandux poteri ezekuttivi, il-Kostituzzjoni ittieh hafna responsabiltajiet amministrattivi u governattivi. Mhux biss fuq livell lokali izda ukoll dak internazzjonali. Tant li mhux biss ghandu is-seta’ li jahtar Prim Ministru u Kap tal-Oppozizzjoni li dejjem sehhet fuq rakkomandazzjonijiet mill-istess Partiti koncernati, izda ukoll jilqa’ u jirrikonoxxi l-Ambaxxaturi li ser ikunu raprezentati f’Malta kif ukoll Diplomatici Maltin li ser jirraprezentaw lill-Pajjizna lill’ hemm minn xtutna.

Issa rega wasal iz-zmien li nahtru President ghall-hames snin li gejjin. Sa minn meta Malta saret Repubblika jigifieri fl-1974 sa llum minkejja li kellna seba Presidenti, wahda biss kienet mis-sess femminili, dan minkejja l-fatt li aktar minn 50% tal-popolazzjoni f’Malta huma nisa. Issa ghal darba ohra ghandna nomina maskili sabiex tokkupa l-ghola kariga fil-pajjiz. Dan bl-ebda mod ma rrid nigi miftiehem li ma ghandiex rispett lejn l-integrita` u l-kapacita tal-persuna nominata tant li nistqarr li ghandi rispett kbira lejn Dr. George Abela minkejja li ftit kelli okkazzjonijiet li nitkellem mieghu. Jiena inqis lil Dr. G. Abela bhala gentlom per ecellenza. Nifrah lill-Prim Ministru talli gharaf il-potenzjal f’din il-persuna.

L-istorja urietna ukoll li b’eccezzjoni tal-ewwel President Sir Anthony Mamo, l-Presidenti mahtura kienu kollha gejjin mill-kamp politiku tal-Gvern tal-gurnata. Ghalhekk hafna drabi gara li meta jasal il-mument tal-ghazla jibdew iqumu l-kontroversji u z-zewg Partiti ewlenin jispiccaw bi proposti differenti, tant li kellna perjodu fejn il-Partit Laburista sahansitra iddikjara li kien qed jibbojkotja l- President. B’din l-ghazla li ghamel l-Prim Ministru dan ghandu jigi evitat.

Nahseb li kollha kemm ahna irridu li jibda jkollna ghazliet ta’ din ix-xorta ghall-ghola kariga ta’ Pajjizna. Ghalhekk sabiex dejjem ikollna President li verament ikun tal-poplu, nissuggerixxi li ga la darba issa li l-elettorat ser jigi msejjah jivvotta biex jeleggi ir-rapprezentanti tieghu fil-Parlament Ewropew kull hames snin, proprju fl-istess sena li jiskadi t-terminu tal-Presidenza; forsi ta’ min jikkonsidra li din l-elezzjoni tkun wahda biex teleggi President ukoll. B’hekk ikun wiehed maghzul mill-poplu biex barra li jigu evitati kontroversji, jkun wiehed rapprezentattiv tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha u l-partiti politici jridu jirrispettaw din l-ghazla.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: