Ir-rigali u l-annimali

Rega wasal il-Milied, li sfortunatament illum qed isir aktar materjali u qed ninsew il-veru sinifikat u l-importanza ta’ dawn iz-zminijiet, dak tat-twelid ta’ Sidna Gesu Kristu.  Dan iz-zmien huwa mportanti ghalina l-insara ghax huwa l-bidu tar-religjon Kattolika Kristjana.  Izda illum ghal hafna minnha dan l-istagun ta ferh huwa biss zmien ta’ festi, ikel bl-abbundanza, konsum tal-alkohol u ghoti ta’ rigali.  Din tal-ahhar hija bicca ugiegh ta’ ras, ghax kulhadd jibda jhabbel mohhu x’ser jaqbad jixtri lil dik u lil ohra u kulhadd jibda jdur fil-hwienet mzejna ghall-okkazjoni, sabiex jipprova jaqta mil-lista tax-xiri ta’ rigali.

L-aktar rigal li rridu noqodu attenti meta naghmlu din l-ghazla, hu ta’ annimal sabiex tatieh lit-tfal.  Kull tant nazlu dan iz-zmien ta’ ferh biex naqtghu x-xewqa tat-tfal taghna u natuhom annimal bhala pet.  Hafna drabi t-tfal dejjem jesprimu x-xewqa li jkollhom pet ghax nghiduha kif inhi l-annimali facli ssir thobbhom u tiggustahom.  Izda li ma jifmhux t-tfal hu li meta jkollok annimal dan mhux gugarell izda haga hajja.  Bhal kull haga hajja ghandha l-htigijiet taghha u l-bzonnijiet u fuq kolllox trid il-hin u l-attenzjoni.

Hafna drabi naqbdu mmorru nixtru kelb jew qattus u l-aqwa li mohhna mistrieh li hlisna minn rigal iehor. Irridu nifhmu li l-annimali m’humiex prodotti li qedin hemm biex nikkunsmawhom.  Dawn kreaturi tal-holqien tal-Mulej li qed niccelebraw it-twelid tieghu.  Ta spiss jigri li wara l-Milied, it-tfal stess jibdew jitraskuraw il-pets taghhom u l-genituri jispiccaw jiehdu hsieb l-annimal huma stess, sakemm jiddejqu u jew jitfghuh il-barra jew jiehduh f’xi santwarju.

Ghalhekk l-appell tieghi hu biex ma naqbdux u nixtru annimali bil-hsieb li natuh rigal jekk ma nkunux certi li min ser jiehu dan ir-rigal jaf ghalxiex diehel.  L-atitudni li l-annimal qieghed hemm sabiex jaqdi lil bniedem hija wahda zbaljata jekk inhaddnuha bla kuxjenza.  Vera li l-bniedem jirrikorri ghal annimal sabiex jibbilancja d-dieta tieghu u biex jamel dan jkollna noqtluhom, izda hawn hekk wiehed irid jara li jintuzaw mezzi biex dan l-annimal ma jsofrix u l-mewt tkun bla tbatija.  Izda kultant is-superjorita tal-bniedem fuq l-annimali twassal sabiex nahqruhom.  Dan huwa inaccettabbli hu ghandna nikkundannawh bla riserva.

Meta nitfghu annimal il-barra nkunu qed nahqruh u nesponuh ghal riskju.  Zgur li xi darba jew ohra nzertajtu xi qattus jew kelb mejjet f’nofs ta’ triq wara li jigi mtajjar minn karozza.  Sfortunatament Malta tinsab fuq il-quccata tal-lista fost il-pajjizi Ewropej li ghandna hafna klieb u qtates jigru barra.  Ghalhekk tamel hafna sens inizjattiva li ttiehdet din is-sena bejn l-ghaqdiet volontarji, RSPCA u l-Gvern biex jinnewtralizzaw il-klieb u l-qtates li ghandna jigru mat-triqat.  Sa l-ahhar ta’ din is-sena, diga gew newtralizzati madwar elfejn annimal izda baqa hafna xi jsir.

Il-Gvern huwa wkoll kommess li jhares id-drittijiet tal-annimali tant li qed isir progett ghal ftuh ta’ klinika jew ahjar sptar ghall-annimali f’Malta.  Sahansitra se jkun hemm servizz ta’ ambulanza ghal kazi ta’ emergenza. Forsi wiehed jitbessem jew jehodha bhalha cajta, izda nassigura lil kulhadd illi jekk xi darba jew ohra jesperjenzaw it-trobbija ta’ annimal tant tintrabat maghhom li tasal biex tamel minn kollox biex issalvalhom hajjithom.

Il-lealta li juri annimal lil min jiehu hsiebu ma tista qatt tkun paragunata mal-bniedem.  Ghalhekk qabel niddeciedu li naghtu annimal bhala rigal dan il-Milied, nieqfu nahsbu ftit li dak l-annimal ghandu s-sentimenti li jhoss u li jhobb u mhux oggett li jekk ma jogobniex narmuh.

Niehu l-opportunita biex nawgura lilkom u lill-familji taghkom il-Milied t-tajjeb milli hena u paci.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: