Unjoni Ewropeja tirrikonoxxi s-sitwazzjoni ta’ pajjizna

L-Unjoni Ewropeja tirrikonoxxi s-sitwazzjoni ta’ pajjizna

Kif diga kont stqarrejt f’artiklu precedenti li kont ktibt, jiena esprimejt is-sodisfazzjon tieghi li l-ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kien laqa’ n-nomina tieghi sabiex nikkontesta l-elezzjoni ghall-membru parlamentari fil-Parlament Ewropew f’Gunju li gej bhala kanditat mall-partit.

Wiehed jifhem li kull kanditat minn barra li jhaddan il-principji tal-partit li jkun qed jirrapprezenta, jkollu wkoll temi personali fejn jikkoncentra fuq sitwazzjonijiet partikulari li jhoss li jkun kapaci jindirizza. F’dan ir-rigward jien iddecidejt li niffoka l-kampanja tieghi fuq erba’ punti partikulari li huma: l-problema li pajjizna qed jiffaccja bid-dhul kontinwu ta’ immigranti illegali, l-ambjent, id-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema u l-ahhar u mhux l-anqas il-partecipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xoghol. Jien irrid li dawn l-erba’ aspetti jkunu il-qofol tal-kampanja tieghi ghax nemmen bis-shih li minkejja li fl-erba’ aspetti msemmija sar progress kbir dan l-ahhar snin, xorta hemm lok ta’ aktar avvanzi f’kull qasam.

F’dan l-artiklu se nittratta dwar l-ewwel aspett li semmejt, jigifieri l-problema ta’ immigrazzjoni illegali. Irridu jew ma rridux  pajjizna qieghed jesperjenza sitwazzjoni ta’ ammont kbir ta’ immigranti illegali li qed jaslu f’pajjizna, liema ammont huwa inkwetanti. Bizzejjed nghid li f’dawn id-disa’ xhur ta’ matul is-sena waslu f’pajjizna l-fuq minn 2400 immigrant illegali. Meta wiehed isarraf dan in-numru u jipparagunah mall-popolazzjoni diga densa li pajjizna qed jaffronta, ma tistax cifri bhal dawn ma jinkwetawkx. Malta hija wiehed mill-aktar pajjizi densament popolati fid-dinja u l-aktar fl-Ewropa, ghalhekk wiehed jifhem l-impatt li z-zieda ta’ numru sostanzjali thalli f’dawn ic-cirkustanzi. Hawnhekk irrid nirreferi b’sodisfazzjon ghall-fatt li l-ufficjali tal-gvern partikularment il-Ministru tal-Gustizzja, rnexxielhom permezz ta’ rieda soda u determinazzjoni, jikkonvincu lis-26 pajjiz membru fl-Unjoni Ewropeja biex joffru l-ghajnuna mehtiega lil Malta. Dan sehh billi issa gie stipulat bil-miktub il-htiega li l-pajjizi kollha fl-Unjoni Ewropeja ma jistghux ihallu lil din il-gzira taghna taqdef wahedha f’dan l-influx bla waqfien ta’ umani li minhabba c-cirkustanzi f’pajjizhom qed jirriskjaw hajjithom u jaqsmu l-bahar Mediterran.

Permezz ta’ dan il-ftehim, l-Unjoni Ewropeja saret aktar konxja tas-sitwazzjoni f’pajjizna u ghalhekk issa hemm bzonn li nahdmu bis-shih biex dan isarraf f’ghajnuna tangibbli biex verament dan il-piz jinqasam bejn kulhadd. Bir-ragun Malta wzat is-sahha taghha u sostniet li mhux lesta tapprova l-ebda patt jekk mhux ser tinghata lehen. Il-fatt illi dan gie rikonoxxut turi bic-car li fl-istrutturi Ewropej ir-raguni tipprevali. Ghalhekk issa rridu ninsistu u nahdmu bis-shih biex dak li gie miftiehem jigi applikat. Ghalhekk jien ser inkompli nqies il-problema ta’ immigrazzjoni illegali bhala wahda mill-prijoritajiet tieghi jekk nigi elett fil-Parlament Ewropew. L-immigrazzjoni illegali huwa fenominu li flok qed jonqos baqa’ dejjem jizdied sena wara sena u ghalhekk fl-istess waqt li jkollna l-ghajnuna mill-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja, rridu nkomplu nahdmu biex il-pajjizi girien taghna fil-kontinent Afrikan primarjament il-Libja, wkoll taghti l-koperazzjoni taghha f’dawn ic-cirkustanzi. Filwaqt li nirrikonoxxi l-impenn kbir li sar u li qed isir mill-membri parlamentari ewropej tal-Partit Nazzjonalista, jien insostni l-impenn tieghi sabiex flimkien inkomplu nindirizzaw dan il-fenominu biex verament inrazznu din il-problema li qed tolqotna fil-laham il-haj.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: