Tmexxija bil-Ghaqal

Tmexxija bil-Ghaqal

Proprju l-bierah gie fi tmiemu l-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista, l-ahhar Kunsill qabel l-elezzjonijiet ta’ Gunju li gej. F’liema elezzjonijiet il-Poplu Malti ser jigi imsejjahh jelleggi 5 deputati ghall-Parlament Ewropew. Dak in-nhar ukoll ser isehhu l-elezzjonijiet biex jigu eletti diversi Kunsilli Lokali madwar Malta u Ghawdex.

Kunsill Generali li t tema prinicipali tieghu kienet ‘B’ghaqal insahhu l-gejjieni’ tema li tkompli ssahhah dik tal-elezzjoni generali ta’ sena ilu li kienet ‘Flimkien kollox possibli’. Zewg temi li ghandhom rabta ma’ xulxin ghaliex minghajr l-ghaqal u minghajr l-ghaqda ma nistghux naraw pajjizna jimxi l-quddiem.

Il-Partit Nazzjonalista dejjem kellu vizjoni cara ghall-pajjizna u dejjem emmen fil-potenzjal tal-poplu tieghu, u ghalhekk illum nistghu inkomplu inharsu il-quddiem b’ottimizmu minkejja it-turbulanzi ekonomici u finanzjarji li qed niffacjaw madwarna. Kuljum nisimghu b’eluf kbar ta’ nies li qed jitilfu x-xoghol, mhux biss f’pajjizi li konna inqiesuhom vulnerabbli izda wkoll minn dawk li normalment meqjusa bhala b’sahhithom u stabli bhal Germanja, Franza, l-Ingilterra , l-Gappun u l-Istati Uniti. Kumpaniji kbar ihabbru li sabiex jibqghu joperwa jinhtiegilhom jillicenzjaw mix-xoghol eluf ta’ haddiema. Pajjizna mhuz eccezjoni u minkejja li l-impatt ta’ dan il-fenominu mhux daqstant kbir xorta qedin nitlaqtu mil-irwiefen ta’ madwarna u ghalhekk importanti li dan il-poplu ghaqli jibqa flimkien maghqud biex nghelbu dawn l-isfidi.

Ghal Partit Nazzjonalista l-aktar erba sfidi li ghandna quddiemna huma l-edukazzjoni, l-ambjent, ix-xoghol u s-solidarjeta. Dawn kienu it-temi principali li gew diskussi waqt il-Kunsill Generali ta’ dawn l-ahhar tlett ijiem. Il-Vizzjoni 2015 li l-Partit stabbilixxa wara process ta’ konsultazzjoni wiesgha kienet ukoll diskussa waqt il-Kunsill. Il-qofol tad-diskussjonijiet kienu jikkoncentraw dwar kif ser inkomplu nahdmu biex pajjizna jkompli fit-triq tal-progress, kif ukoll kif ser naghmlu l-ahjar uzu mir-rizorsi umani u finanzjari li ghandha.

Bla dubju ta’ xejn l-ikbar prijorita hija dik li niggeneraw ix-xoghol u li kull centenzu mill-kaxxa ta’ Malta jintuza biex kullhadd ikollu mpjieg. Dan jikkuntrasta bil-qawwi ghal dak li qed jaghmel il-Partit Laburista fejn aktar mehdi li johloq politika ta’ sensazzjoni, milli wahda fl-interess nazzjonali. Politika li ma tharisx id-dimensjoni socjali u nieqsa mill-aspett matur.

Illum il-Partit Nazzjonalista jista jigi klassifikat bhala partit tal-haddiem kif ukoll partit ahdar ghax kontinwamant qed jigi imhares l-aspett tal-ambjent f’kull decizjoni ta’ zvilupp li qed tittiehed. Il-Kunsill Generali li gie fi tmiemu l-bierah ta direzzjoni cara fejn dan il-Partit irid jassal, fejn gie enfasizzat l-importanza tal-ghaqda nazzjonali minkejja d-diversitajiet politici taghna.

L-appell huwa wiehed sod li irridu ninsew id-differenzi politici fuq kwistjonijiet ta’ interess nazzjonali bhal ma huma l-edukazzjoni ta’ uliedna, is-sahha u t-tragedja umana ta’ immigrazzjoni irregolari li qed jaslu f’pajjizna. Huwa importanti li f’dawn l-aspetti hadd ma jipprova jiehu vantagg politiku ghax dan iwassal biss ghal disfatta, izda jekk il-maturita politika tipprevali u l-ghaqal jirbah inkunu nistghu infasslu gejjieni sod u b’sahhtu, kemm ghalina u kif ukoll ghal generazzjonijiet ta’ warajna.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: