It-Trasport Pubbliku

It-Trasport Pubbliku

Huwa fattur maghruf li f’pajjizna zdied l-ammont ta’ karozzi fit-toroq, dan inevitabilment qed iwassal zied fit-tniggis tal-arja u bla dubju ta’ xejn izjed traffiku u b’hekk iktar dewmien biex naslu fid-destinazzjonijiet taghna. Dan ma jaghmilx sens meta wiehed josserva li nghixu f’pajjiz li d-dimensjoni tieghu hija ckejkna u d-distanzi huma verament qosra. Il-poplu Malti u Ghawdxi jisthoqqlu qabza sostanzjali fil-kwalita tat–trasport li nuzaw permezz ta’ bidla bzonjuza li trid tkun wahda mil-qiegh u radikali. Bidla li ggielna nahsbu mod iehor u nibdew inqisu il-mezzi tat-trasport pubbliku bhala l-ahjar mezz ta’ kif nivvjaggaw. B’hekk mhux biss niffrankaw il-flus fuq l-ispejjes li l-vetturi privati jgibu maghhom izda fuq kollox nibdew ingawdu arja nadifa. Biex din il-holma issir realta’ jehtieg li l-poplu kollu jghati l-kontribuzzjoni tieghu u flimkien mal-partijiet kollha koncernati naghmlu r-riformi tangibli mehtiega biex naghmlu din il-qabza.

Din il-mira wasslet biex il-Ministeru ghall-Infrastruttura u Komunikazzjoni jippubblika sensiela ta’ proposti li issa iridu jigu approvati. L-iskop ewlieni hu li jaghmel l-mezzi tat-trasport pubbliku aktar attrajenti u efficcjenti.

Ghalkemm f’dawn l-ahhar snin saru tibdiliet immirati lejn l-avvanz tas-servizzi tat-trasport pubbliku, tajjeb nghidu li l-process ta’ titjieb f’pajjizna qatt ma jista jieqaf. Filwaqt li nuri l-apprezzament tieghi lejn l-isforzi li saru matul dawn l-ahhar snin bil-ghan li jitjieb is-servizz, zgur li kulhadd jaqbel mieghi li ghad hemm hafna aktar xi jsir.

Fid-dokument imhejji mill-Ministeru imsemmi ‘Vizjoni ghal Trasport Pubbliku li jaqdi lill-Pubbliku f’kuntest ta’ sostenibilita’ ambjentali’, jindika bic-car li l-istrategija immirata lejn dan il-progett trid tirrifletti il-mission statement tal-ADT li jghid hekk:

“biex ikollna servizz ta’ trasport pubbliku ambjentalment u finanzjarjament sostenibbli, integrat u modern, li hu mfassal biex jaqdi l-htigijiet ta’ min juzah”.

Ghalhekk jidher li mil-istadju primarju tal-progett fejn l-ideat ghadhom biss imfasslin fuq il-karta diga jghatu indikazzjoni tajba li l-proposti huma mmirati lejn il-htigijiet tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Ta’ min jinnota li biex jintlahaq il-ghan tal-progett iridu jigu mmirati servizzi tangibbli, per ezempju; jizdiedu il-bus stops fil-periferiji, kif ukoll jigu ikkunsidrati serjament aspetti bhal karozzi tal-linji ta’ daqs differenti skond il-lokalita li ser t’opera fiha. B’hekk mhux biss tkun vettura adattata ghat-toroq tal-lokalita partikolari izda tkun aktar sostenibbli u b’inqas emissjonijiet fl-arja.

Huwa fatt mgharuf li l-hajja tal-lum wasslitna biex nestendu il-gurnata taghna ghal hinijiet itwal. Ghal daqstant huwa necessarju li s-servizzi jibdew jinghataw matul il-lejl ukoll. Permezz ta’ hinijiet estiz, n-nies li l-istil ta’ hajja taghhom titlob li johorgu mid-dar kmieni filghodu u jirritornaw tard filghaxija jkunu jistghu jghamlu uzu mit-trasport pubbliku.

Qed jigi ippjanat li jinbidlu il-karozzi tal-linja. Dan l-investiment irid jigi studjat biex l-impatt finanzjarju fuq il-propjetarji tal-karozzi tal-linja jkun wiehed ragonevoli, kif ukoll sabiex il-karozzi li jigu utilizzati jkunu mudellati ghat-toroq ta’ pajjizna.

Biex l-ghan tal-progett jintlehaq bis-shieh ta’ min jghid li hadd m’ghandu ihares biss lejn interessi personali jew li dan il-process jigi politicizzat. Ghalhekk huwa importanti li jigu involuti l-oqsma kollha koncernati b’mod partikolari l-poplu nnifsu, ghax fl-ahhar mill-ahhar it-trasport pubbliku huwa servizz ta’ kullhadd.

Hija responsabilita socjali kollettiva li tasal dik il-gurnata fejn ic-cittadin Malti jkun jista jghid li jippreferi juza t-trasport pubbliku ghax huwa iktar komdu, prattiku u ekonomikament vijabbli mit-trasport privat. B’hekk inkuni verament qed intejbu il-kwalita ta’ hajja taghna lkoll.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: