Is-sehem tal-Unions fid-dinja ta’ llum

Is-sehem tal-Unions fid-dinja ta’ llum

Meta nisimgħu bil-kelma trade union ħafna minna b’mod partikulari dawk li jaqbżu l-erbgħin sena, bħali, mill-ewwel tigi f’moħħhom għaqda li tirrapreżenta grupp ta’ haddiema u li tiggieled ghad-drittiijet taghhom. Ma hemm xejn hazin fuq dan, izda irrid nenfazizza fil-kelma tiggieled ghax propju ftit ghexieren ta’ snin ilu t-trade unions kienu verament organizzazzjonijiet assocjati ma’ azzjonijiet militanti bhal dimostrazzjonijiet, strikes u attivitajiet tal-massa bil-ghan li juru is-sahha li jkollhom.

L-origini tal-qasam trade unjonistiku beda meta il-haddiema l-aktar dwak li jahdmu fil-minjieri kienu qed jigu abbuzati u mhaddma f’ambjent perikoluz u bi ftit hlas li bil kemm kienu jistghu ilahhqu ma l-ghixien taghhom. F’dwan ic-cirkustanzi inhasset il-htiega li l-haddiema jinghaqdu ghax intebhu li l-ebda azjenda ma tista tirnexxi minghajr l-kontribut taghhom. Il-haddiem beda jirrealizza l-potenzjal tieghu, beda jissahhah u jigi rispettat. Ghalhekk it-trade unions kellhom u ghandhom rwol importanti hafna fl-evoluzzjoni tad-dinja tax-xoghol.

Izda, mhux hekk biss bil-mod il-mod dawn l-organizzazzjonijiet bdew mhux biss iharsu d-drittijiet tal-haddiema izda ukoll d-dmirijiet biex b’hekk tigi zviluppata koperazzjoni reciproka bejn il-haddiem u min ihaddem. Illum il-Unions saru parti integrali mis-socjeta’ civili u qed jippartecipaw f’kull diskussjoni u negozjati biex tigi imharsa ir-ruh socjali tas-socjeta’. Dan wassal biex il-Unions mhux biss jiddefendu u ihasru l-haddiema izda sahansitra jiggeneraw diskussjoni u jippreparaw dokumenti bl-iskop li jigi imfassal pjan li jiggenera x-xoghol, itejjeb il-kundizzjonijiet u fuq kollox ihares id-dinjita’ tal-bniedem.

F’dan l-isfond, ma nistax ma naghmilx referenza ghall-inizjattiva mehuda mill-Union Haddiema Maghqudin fejn laqqghat lill-kandidati kollha li ser jikkontestaw ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew irrispettivament it-twemmin politku sabiex ipprezentat abbozz ta’ vizzjoni li l-Union ghandha biex jigu salvagwardjati l-kisbit li ghamilna u biex ikattru fuqhom.

L-abbozz imsejjah “il-vizzjoni taghna, il-missjoni tieghek”, moghti lilna l-kandidati huwa wiehed li jistimula sensiela ta idejat f’oqsma varji fil-hajja taghna. Huwa riflessjoni ta’ dak li qed jigri madwarna u fejn u kif irridu naslu minghajr ma inxekklu d-drittijiet fundamentali, il-kompettivita’ u t-tkabbir ekonomiku.

Il-mudell socjali ewropew huwa wiehed li rridu nippreservawh u insahhuh minghajr ma’ inhallu l-kurrenti tas-suq igorruna maghhom. Id-dokument ipprezentat jaraf ukoll l-importanza li niehdu hsieb l-ambjent ta’ madwarna u l-importanza li nilhqu l-miri stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja sas-sena 2020 ghax fin-nuqqas ta’ dan mhux biss nghixu hajja b’riskji ghal sahhitna izda ikollna ukoll stagnar ekonomiku u titnaqqas l-attivita’ li tiggenera x-xoghol.

L-abbozz prezentat jaghmel referenza ukoll ghall-problema tal-immigrazzjoni irregolari, fejn filwaqt li irridu nirrikonoxxu l-aspett umanitarju ta’ din il-problema , jehtieg li jinstabu rimedji biex pajjizna jilqa din l-isfida li jidher li kull ma jmur qed tiggrava.
Dan hu dokument li jixhed fejn waslu t-trade unions ta’ pajjizna, ghax juri bl-aktar mod car is-sehem proattiv li unions bhal UHM qed jiehdu. Dan hu dak li jfisser li irridu nahdmu flimkien, fejn id-djalogu u skambji ta’ idejat jiddominaw fuq il-konfrontazzjoni u protesti.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: